Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI L-Istitut għall-Edukazzjoni jiċċelebra 10 snin ta’ suċċess

PR250178
Date Icon 03/02/2025

L-Istitut għall-Edukazzjoni (IfE) qed jiċċelebra għaxar snin ta' suċċess fis-settur edukattiv ta' pajjiżna b'ċelebrazzjoni speċjali li fiha qed titnieda wkoll dehra ġdida. Matul dawn l-aħħar snin, l-IfE stabbilixxa ruħu b'saħħtu f'dan is-settur u sar punt ta' referenza għall-professjonisti li jixtiequ javvanzaw fil-karriera edukattiva.

Waqt id-diskors tiegħu f'ċerimonja li saret it-Tnejn filgħodu, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima saħaq dwar l-importanza ta' dan l-istitut u l-kontribut kbir li qed jagħti lis-sistema edukattiva f'pajjiżna. “B'din il-bidla, l-Istitut għall-Edukazzjoni se jkompli jsaħħaħ ir-rwol tiegħu u joffri aktar opportunitajiet lil dawk li jixtiequ jidħlu jew javvanzaw fil-professjoni tal-edukazzjoni," qal il-Ministru Grima.

Matul dawn l-aħħar snin, l-IfE introduċiet diversi programmi edukattivi li servew ta' bażi soda għall-edukaturi f'pajjiżna. Fost il-kisbiet ewlenin kien hemm:

•       Il-Bachelor of Education (Hons), l-uniku kors ta' lawrja f'Malta li jippermetti lill-parteċipanti jsiru edukaturi regolari.

•   Korsijiet ta' Master għal dawk li diġà għandhom lawrja f'oqsma differenti imma jixtiequ jidħlu fl-edukazzjoni.

•       Speċjalizzazzjonijiet għall-għalliema li jixtiequ jaħdmu ma' studenti b'diżabilità jew bi mġiba diverġenti.

•     Opportunitajiet ta' żvilupp professjonali kontinwu għall-edukaturi biex ikunu dejjem aġġornati mal-bidliet fil-qasam edukattiv.

•      L-introduzzjoni tal-Master of Psychology in Child and Educational Psychology fl-2024.

•   Espansjoni sostanzjali fir-riċerka edukattiva, li żiedet l-influwenza tal-IfE fuq il-politika edukattiva u ppermettiet lil-letturi jipparteċipaw f'konferenzi internazzjonali.

Il-Kap Eżekuttiv tal-IfE, Joanne Grima saħqet li d-dehra l-ġdida mhi xejn ħlief pass ieħor importanti li jissolidifika l-identità u l-missjoni tal-istitut. “L-IfE jibqa' impenjat li joffri edukazzjoni ta' kwalità u li jappoġġja lill-edukaturi fil-karriera tagħhom," qalet Grima, li spjegat li, “Il-logo ġdid jinkludi l-ittri IfE, u l-motto issa huwa 'Shaping Future Generations', riflessjoni tal-impenn lejn il-formazzjoni tal-professjonisti tal-futur."

Din il-bidla tfisser ukoll li, wara li l-istitut stabbilixxa ruħu b'saħħtu fil-qasam tal-edukazzjoni terzjarja, issa qiegħed jiftaħ kapitlu ġdid, b'viżjoni aktar wiesgħa u b'impatt akbar.

Matul id-deċennju li jmiss, l-IfE se jkompli jikkontribwixxi lejn il-professjonijiet kollha li hemm fl-iskejjel u se jaħdem biex jinħolqu karrieri ġodda. Dan se jsir billi jkompli joffri programmi edukattivi innovattivi, jespandi r-riċerka u jsaħħaħ il-kollaborazzjoni mal-istituzzjonijiet edukattivi kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI L-Istitut għall-Edukazzjoni jiċċelebra 10 snin ta’ suċċess
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI L-Istitut għall-Edukazzjoni jiċċelebra 10 snin ta’ suċċess
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI L-Istitut għall-Edukazzjoni jiċċelebra 10 snin ta’ suċċess
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow