Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Spazju miftuħ ġdid għas-Siġġiwin fiż-żona Ta’ Ramija

PR250164
Date Icon 31/01/2025

Imħawla 14-il siġra, 242 arbuxell, u 2,100 pjanta ġdida fuq tomna art

Fiż-żona Ta' Ramija, fis-Siġġiewi, spazju bla ħajja u mhux utilizzat inbidel fi spazju miftuħ u aħdar għall-familji Siġġiwin.

B'ħidma mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u b'investiment ta' aktar minn €250,000, ir-riġenerazzjoni totali ta' din iż-żona rat it-tħawwil ta' 14-il siġra, 242 arbuxell, u 2,100 pjanta ġdida fuq madwar tomna art.

Saru wkoll xogħlijiet fuq sistema ġdida ta' irrigazzjoni għax-xtieli mħawla, sistema ġdida ta' sigurtà, sistema ġdida ta' dawl, għamara ġdida għal barra u xogħlijiet estensivi ta' landscaping.

Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia, akkumpunjat mill-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca u s-Sindku tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi Julian Borg, spjega li: “Dan il-proġett ta' spazju miftuħ mhuwiex biss sbuħija fiċ-ċentru tas-Siġġiewi, iżda simbolu tal-impenn tal-gvern li nippromwovu aktar spazji miftuħa għall-benefiċċju tar-residenti."

Is-segretarju parlamentari enfasizza li l-viżjoni tal-gvern f'dak li għandu x'jaqsam spazji miftuħa qiegħda tikkontribwixxi f'soċjetà aktar inklussiva, fejn ma tirbaħx lokalità jew oħra, iżda l-pajjiż kollu. “Bil-għan li nilħqu l-għanijiet tagħna għal futur aktar sostenibbli u ġust, dan l-ispazju miftuħ ġdid jibgħat messaġġ ċar li l-komunità hija l-qalba ta' dak kollu li nagħmlu," huwa temm jgħid.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku Julian Borg saħaq dwar l-importanza ta' dan l-ispazju miftuħ ġdid mhux biss għar-residenti li joqogħdu f'din iż-żona iżda għas-Siġġiwin kollha. “Bil-ħidma tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi b'sinerġija mal-kunsill lokali, illum ser ingawdu minn spazju pubbliku ieħor."

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Spazju miftuħ ġdid għas-Siġġiwin fiż-żona Ta’ Ramija
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Spazju miftuħ ġdid għas-Siġġiwin fiż-żona Ta’ Ramija
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Spazju miftuħ ġdid għas-Siġġiwin fiż-żona Ta’ Ramija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow