STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA
Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva b’sodisfazzjon iħabbar li ntlaħaq ftehim mal-Medical Association of Malta (MAM), l-unjin li tirrappreżenta t-tobba f’pajjiżna.
Permezz ta’ dan il-ftehim, issa ser jieħu spinta l-ftehim li l-Gvern iffirma mal-Privat biex ikunu ‘outsourced’ numru ta’ servizzi emerġenti mill-Isptar Mater Dei.
Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela rringrazzja lit-tim ta’ uffiċjali fil-Ministeru flimkien ma’ uffiċjali mill-Isptar Mater Dei, il-Kura Primarja, l-uffiċjali mill-Industrial Relations Unit (IRU) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-uffiċjali tal-unjin.
“Dan hu pass rebbieħ u importanti ferm għall-marid, li għandu jwassal għal aktar effiċjenza u anqas dewmien fil-kura,” temm jgħid il-Ministru Abela.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN