Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTRU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ġdid ta’ Akkomodazzjoni Soċjali fil-Qrendi

pr250159
Date Icon 30/01/2025

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, Roderick Galdes, flimkien m'uffiċjali tal-Awtorità tad-Djar, illum żar ix-xogħlijiet li bħalissa jinsabu għaddejjin fuq proġett ġdid t'akkomodazzjoni soċjali fil-Qrendi.

Il-periti responsabbli minn dan il-proġett spjegaw li x-xogħol jinsab għaddej b'ritmu tajjeb ħafna. B'investiment ta' madwar €5.5 miljun dan il-proġett mistenni jinkludi fih 28 appartament ġdid, kif ukoll 15-il garaxx.

F'kummenti li ta waqt din iż-żjara, il-Ministru Galdes saħaq li dan il-proġett se joffri saqaf sikur u b'dinjità lil 28 familja. “Dan il-proġett, flimkien mal-oħrajn li diġà wettaqna, kif ukoll dawk li qegħdin inwettqu huwa xhieda tal-wegħda tagħna li nkomplu nipprovdu iktar proġetti t'akkomodazzjoni soċjali għal ġid tal-poplu Malti u Għawdxi. Proġetti ta' kwalità għolja, fil-qalba tal-komunitajiet tagħna, bħalma huwa dan l-proġett fil-Qrendi, li jkompli jagħmel differenza fil-ħajja t'iżjed benefiċċjarji," saħaq il-Ministru Galdes.

Il-Ministru stqarr kif il-ħidma li qiegħda titwettaq fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali qed tħalli l-frott mixtieq partikolarment mal-familji li jeħtieġu l-għajnuna tal-Istat.

STQARRIJA MILL-MINISTRU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ġdid ta’ Akkomodazzjoni Soċjali fil-Qrendi
STQARRIJA MILL-MINISTRU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ġdid ta’ Akkomodazzjoni Soċjali fil-Qrendi
STQARRIJA MILL-MINISTRU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ġdid ta’ Akkomodazzjoni Soċjali fil-Qrendi
STQARRIJA MILL-MINISTRU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ġdid ta’ Akkomodazzjoni Soċjali fil-Qrendi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow