Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Malta tibqa’ xemgħa ta’ tama għal dawk li jfittxu għajnuna” – L-Ispeaker Anġlu Farrugia

PR250155
Date Icon 30/01/2025

Illum, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati nieda, għall-ħames sena konsekuttiva, il-kampanja nazzjonali dwar il-mard rari, immexxija mill-Alleanza Nazzjonali dwar il-Mard Rari. Fid-diskors tiegħu, l-Ispeaker iddeskriva dan il-mument bħala ġurnata ta' “riflessjoni, għaqda u tama," li tagħti rikonoxximent lill-ħidma u d-dedikazzjoni bla waqfien ta' dawk li jaħdmu għal din il-kawża nobbli.

Fid-diskors tiegħu, l-Ispeaker faħħar lill-Alleanza għall-kisbiet tagħha, fosthom is-screening neonatali, ir-Reġistru Nazzjonali tal-Mard Rari, u s-sħubijiet internazzjonali li fetħu bibien ġodda ta' għarfien u riżorsi. Huwa saħaq li dawn l-inizjattivi mhumiex biss għodod prattiċi, iżda huma wkoll riflessjoni ta' pajjiż li jagħti importanza lid-dinjità u l-umanità.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia temm billi appella għal iktar għaqda u kollaborazzjoni biex kull pass li jsir ikun pass lejn futur mimli tama. “Nagħlaq billi nfakkar li kull azzjoni tagħna trid tirrifletti l-aqwa valuri ta' soċjetà ġusta: solidarjetà, għaqal, u rispett għad-dinjità umana," qal l-Ispeaker, filwaqt li rringrazzja lill-Alleanza Nazzjonali dwar il-Mard Rari għall-impenn eżemplari tagħha.

Il-konferenza kienet indirzzata wkoll mill-fundatriċi u President tan-National Alliance for Rare Diseases Support – Malta, is-Sinjura Michelle Muscat, il-Prof. Alex Felice, Ian Vassallo, Kelliemi Ewlieni għall-Kura Primarja u s-Saħħa Mentali, u l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela. Preżenti wkoll għall-konferenza kien hemm il-Ministru tal-Familja u Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon u l-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Malta tibqa’ xemgħa ta’ tama għal dawk li jfittxu għajnuna” – L-Ispeaker Anġlu Farrugia
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Malta tibqa’ xemgħa ta’ tama għal dawk li jfittxu għajnuna” – L-Ispeaker Anġlu Farrugia
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Malta tibqa’ xemgħa ta’ tama għal dawk li jfittxu għajnuna” – L-Ispeaker Anġlu Farrugia
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Malta tibqa’ xemgħa ta’ tama għal dawk li jfittxu għajnuna” – L-Ispeaker Anġlu Farrugia
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Malta tibqa’ xemgħa ta’ tama għal dawk li jfittxu għajnuna” – L-Ispeaker Anġlu Farrugia
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow