Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Diskussjonijiet dwar il-Pjan Soċjali għall-Familji

PR250153
Date Icon 30/01/2025

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kompla jiddiskuti l-Pjan Soċjali għall-Familji mal-istakeholders kollha involuti, inkluż ma' professjonisti mill-qasam soċjali, tal-edukazzjoni, tas-saħħa u tax-xogħol, fost oħrajn.

Bħala parti minn dan l-eżerċizzju, saret laqgħa mal-partijiet interessati sabiex jiġu esplorati aktar ideat u  prijoritajiet illi jistgħu jagħtu spinta lill-familji Maltin u Għawdxin. Dawn id-diskussjonijiet qed isiru sabiex  jirriflettu l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji fis-setturi kollha.

Waqt din il-laqgħa, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon tkellem dwar l-importanza li niġġeddu u nifhmu r-realtajiet soċjali tal-lum. Dan speċjalment fir-realtajiet li jolqtu lill-familji, bħall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, il-leave maternali u paternali, kif ukoll sitwazzjonijiet li jinvolvu familji vulnerabbli u li jeħtieġu għajnuna.

Min-naħa tagħha, id-Direttur Ġenerali fi ħdan il-Ministeru, Alexia Vella, tkellmet dwar l-erba' prijoritajiet ewlenin tal-Pjan, bl-ewwel waħda tkun marbuta mal-Ġustizzja Soċjali għall-Familji sabiex jissaħħaħ l-appoġġ u servizzi adegwati lill-familji f'sitwazzjonijiet żvantaġġati, fejn familji b'membri li għandhom bżonnijiet speċifiċi jingħataw appoġġ addizzjonali.

Kompliet tispjega li prijorità oħra hija li jitrawwem ambjent familjari pożittiv li jgħin lill-individwi jimmaniġġjaw aħjar l-istress tal-ħajja permezz ta' kumdità, gwida u saħħa kostanti. It-tisħiħ tal-għarfien u l-ħiliet huwa qasam ieħor strumentali sabiex il-familji kollha ikollhom aċċess għal opportunitajiet ugwali. Dan filwaqt li qed isir sforz kollettiv sabiex ikun hemm titjib tar-rata ta' fertilità ta' Malta, b'rispett lejn id-diversi fatturi soċjoekonomiċi li jinfluwenzaw l-ippjanar tal-familja.

Din l-istrateġija se tkun qed tara illi tippromwovi l-benesseri, filwaqt illi tilqa' l-isfidi attwali u futuri, permezz ta' pjan li jistabbilixxi pedament sod għat-trawwim ta' komunitajiet aktar b'saħħithom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Diskussjonijiet dwar il-Pjan Soċjali għall-Familji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Diskussjonijiet dwar il-Pjan Soċjali għall-Familji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Diskussjonijiet dwar il-Pjan Soċjali għall-Familji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Diskussjonijiet dwar il-Pjan Soċjali għall-Familji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow