Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitnieda l-programm ‘Inħobbok - Valentine’s in Gozo 2025’

pr250150
Date Icon 29/01/2025

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri nieda programm mimli attivitajiet relatati ma’ Jum San Valentinu f’Għawdex li se jkun mifrux bejn l-1 u s-16 ta’ Frar 2025. Fil-fatt, id-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-ministeru għaddej bil-preparamenti sabiex għal sena oħra joffri esperjenza unika lil dawk kollha li jixtiequ jiċċelebraw il-festa tal-maħbubin fil-gżira Għawdxija.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li biċ-ċelebrazzjonijiet ta’ San Valentinu, il-kalendarju kulturali u vibranti f’Għawdex jerġa’ jibda jieħu l-ħajja. Dan l-avveniment sinifikanti f’pajjiżna stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-attrazzjonijiet ewlenin li jwittu t-triq għal sena ta’ esperjenzi kulturali indimentikabbli fil-gżira Għawdxija. Huwa spjega li l-għan ta’ dan il-programm hu li tinħoloq atmosfera unika fejn Għawdex ikun ċentru ta’ kultura u ospitalità. Inħobbok - Valentine’s in Gozo hija fuq kollox okkażjoni oħra annwali biex Għawdex ikompli jispikka b’mod innovattiv.

“L-impenn tagħna biex nagħmlu lil Għawdex bħala l-aqwa destinazzjoni Mediterranja huwa evidenti mhux biss fil-kreattività tal-avvenimenti li ntellgħu, iżda wkoll fid-dedikazzjoni tagħna biex inrawmu xena kulturali b’saħħitha. Dan l-investiment huwa kruċjali għall-aspirazzjonijiet tagħna li naraw lil Għawdex jiġi rikonoxxut bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2031, mira li tirrifletti l-identità unika u l-wirt dinamiku ta’ gżiritna,” stqarr il-Ministru Clint Camilleri.

Il-programm ta’ San Valentinu f’Għawdex ta’ din is-sena ser jinkludi kemm tradizzjonijiet kif ukoll attrazzjonijiet ġodda maħsuba biex jferrħu lil kull min iżur il-gżira. Bħal dejjem, San Valentinu f’Għawdex se jilħaq il-qofol tiegħu permezz ta’ kunċert spettakolari fil-qalba tal-Belt Victoria fi Pjazza Indipendenza.  

Sabiex wieħed jaċċessa l-programm sħiħ bid-dettalji tal-attivitajiet jista’ jidħol fuq: https://eventsingozo.com/valentines-in-gozo-2025/#programme-booklet.

Il-Ministru Clint Camilleri temm billi stieden lil kulħadd sabiex iżur Għawdex għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ta' mħabba u kreattività li jagħtu bidu għal sena oħra importanti għall-vjaġġ kulturali u artistiku ta' Għawdex.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitnieda l-programm ‘Inħobbok - Valentine’s in Gozo 2025’
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow