STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI
Huwa doveruż li jkunu ċċarati kummenti fuq deċiżjonijiet tal-Qrati msejsa fuq argumenti politiċi, mingħajr bażi fattwali, loġika u legali.
B’referenza għall-ħelsien mill-arrest tas-Sur Yorgen Fenech, minn analiżi tal-proċeduri kif żvolġew, jirriżulta b’mod ċar li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali oġġezzjona għat-talbiet ta’ ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti Kriminali fid-digriet li nqara dalgħodu, filwaqt li rrikonoxxiet li l-oġġezzjonijiet tal-Avukat Ġenerali kienu ben fondati, qalet li l-garanziji li ressaq l-akkużat kienu ferm sodi li jistgħu joffru lill-Qorti dak is-serħan il-moħħ illi ser ikun hemm ottemperanza mad-digriet tagħha.
Il-prosekuzzjoni hija lesta għal ġuri, liema ġuri jrid ikun appuntat mill-Imħallef kif isir f’kull każ.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN