Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U L-PROĠETTI STRATEĠIĊI: L-isforzi ta' pajjiżna fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali rikonoxxuti fir-rapport tal-IMF

pr250103
Date Icon 23/01/2025


Il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) fir-rapport tiegħu ppubblikat fl-aħħar jiem, irrimarka l-isforzi li qed tagħmel Malta fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali.

Ir-rapport jgħid li Malta “teċċella fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni" u li pajjiżna qiegħed “f'pożizzjoni tajba biex jaħsad il-benefiċċji tal-intelliġenza artifiċjali." F'dan il-kuntest, l-IMF ħeġġew lill-Gvern biex ikompli jiżviluppa strateġija ta' tkabbir ekonomiku li tenfasizza l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli.

Ir-rapport ifaħħar ukoll l-infrastruttura diġitali avvanzata li għandu pajjiżna, l-intensità għolja diġitali fil-kumpaniji f'pajjiżna u li l-poplu għandu abbiltajiet diġitali tajbin ferm meta kkumparati mal-kumplament tal-Ewropa.

Huma spjegaw li t-twaqqif tal-Malta Venture Capital Fund huwa pass fid-direzzjoni t-tajba. L-IMF iddeskriva l-ħolqien ta' dan il-fond ta' €10 miljun għal start-ups tat-teknoloġija bħala pass fid-direzzjoni t-tajba u huwa essenzjali sabiex il-pajjiż jtejjeb il-livelli edukattivi, jżid il-parteċipazzjoni f'korsijiet ta' STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika), jtejjeb il-ħiliet diġitali u jsaħħaħ it-tagħlim għall-adulti.

Ir-rapport jinnota wkoll kif il-Gvern Malti qed jiprijoratizza t-tranżizzjoni diġitali biex ikompli jipprepara għall-avvanzi teknoloġiċi bħall-IA. “Minn dan il-lat, wara li fl-2019 tnediet il-viżjoni ta' pajjiżna dwar l-intelliġenza artifiċjali u li f'dawn is-sitt snin diġà twettaq ammont sostanzjali minnha, għaddej proċess li bih se nkunu  qegħdin naġġornaw l-istrateġija ta' Malta għall-intelliġenza artifiċjali sabiex tkun aktar ambizzjuża bit-tema ċentrali tkun kif l-intelliġenza artificjali tista'  itejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. Dan anke biex din l-istrateġija tkun allinjata mal-Malta Vision 2050," ikkummenta l-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri.

Fil-fatt ir-rapport tal-IMF, jgħid ukoll kemm hu importanti li jkollok strateġija fit-tul bħalma se tkun il-Malta Vision 2050.

“Huwa ta' sodisfazzjon kbir li naraw li l-ħidma tagħna qed tkun rikonoxxuta f'istituzzjonijiet bħalma hi l-IMF, u li qed tpoġġina fuq quddiem nett f'setturi bħad-diġitalizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali. Malta tibqa' fost l-ogħla rati ta' tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, immexxija minn investimenti strateġiċi, innovazzjoni u politika li dejjem tpoġġi lin-nies fuq quddiem nett. Hekk kif l-ekonomija globali tkompli tinbidel, Malta qed tieħu rwol ewlieni fir-rivoluzzjoni diġitali. Bl-investiment tagħna fl-intelliġenza artifiċjali, fit-teknoloġija avvanzata, u fil-qafas tal-Malta Vision 2050, qed inpoġġu l-pedamenti għal era ġdida ta' innovazzjoni, opportunitajiet u prosperità," temm jgħid il-Ministru Schembri.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow