Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Is-suq tal-kera f’Għawdex evolva u sar jattira mhux biss turisti iżda ħaddiema u individwi li jagħżlu li jirtiraw f’din il-gżira

PR250097
Date Icon 22/01/2025

It-titjib fil-konnettività kompla jagħmel lil Għawdex aktar attraenti

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri u l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes indirizzaw konferenza bit-titlu 'The Residential Rental Market in Gozo' fejn ġew diskussi diversi sfidi u opportunitajiet relatati ma' dan is-suġġett. Din il-konferenza ttellgħet mill-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex (GRDA) u l-Awtorità tad-Djar wara li ppubblikaw dokument ta' diskussjoni dwar is-suq tal-kirjiet residenzjali f'Għawdex.

Filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din l-inizjattiva, il-Ministru Clint Camilleri nnota li dan huwa pass ieħor lejn koperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet biex Għawdex jibqa' jiżviluppa b'mod sostenibbli. Dan filwaqt li saħaq fuq il-ħidma kontinwa tal-gvern biex jindirizza l-affordabilità tal-kirjiet, partikolarment għal dawk li jiffaċċjaw sfidi soċjali. Huwa semma l-proġett ta' akkomodazzjoni soċjali fiż-żona taċ-Ċawla, ir-Rabat Għawdex, fejn ġew żviluppati appartamenti u spazji rikreattivi għal komunità aktar b'saħħitha.

Fuq nota aktar wiesgħa, il-Ministru Camilleri semma li s-suq tal-kera f'Għawdex evolva matul l-aħħar għaxar snin. Minn suq immirat kważi esklussivament għat-turiżmu, issa sar jattira mhux biss ħaddiema iżda anke dawk li jagħżlu li jirtiraw f'din il-gżira, grazzi għall-konnettività aħjar, bħal servizz imtejjeb tal-Gozo Channel, il-fast ferry u proġetti futuri bħall-Airfield fix-Xewkija.

Il-Ministru Clint Camilleri rrefera wkoll għall-proġett tal-Park & Ride f'Ta' Xħajma, li jgħin biex jindirizza l-isfidi tal-parkeġġ fil-Port tal-Imġarr. Huwa qal li, “Dawn l-inizjattivi huma parti minn viżjoni usa' biex Għawdex ikun aktar aċċessibbli u sostenibbli kemm għar-residenti kif ukoll għat-turisti". B'viżjoni ċara għal turiżmu ta' kwalità, huwa wiegħed li l-ħidma se tkompli biex tkun attwata ekonomija ddiversifikata u suq tal-kera b'saħħtu li jirrifletti l-bidliet soċjoekonomiċi f'Għawdex.

Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li l-iżviluppi ma seħħewx waħedhom iżda huma r-riżultat ta' ħidma kbira matul dawn l-aħħar snin filwaqt li qal li dan il-gvern jinsab kommess li jkompli jaħdem biex isaħħaħ lil Għawdex għal futur aktar sostenibbli.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Roderick Galdes sostna li mal-introduzzjoni tal-Att dwar il-Kiri Residenzjali Privati fl-2020, il-kirjiet reġistrati f'Għawdex żdiedu drastikament. Huwa għamel referenza għar-riformi mwettqa fil-qasam tal-kera fl-2018 u fl-2021 rispettivament, liema riforma hija xhieda b'saħħitha ta' akkomodazzjoni soċjali u affordabbli. “Studji bħal dan jistabbilixxu pedament sod għal diskussjoni kostruttiva dwar il-ħtiġijiet tas-suq tal-kera f'Għawdex fix-xhur u s-snin li ġejjin. Bħala gvern se nkomplu nuru mentalità proattiva mhux biss billi nisimgħu għal dak li jkollhom x'jgħidulna l-partijiet konċernati, iżda wkoll billi nwettqu dak li huwa meħtieġ ħalli nkomplu ntejbu s-suq tal-kera f'Malta u Għawdex", sostna l-Ministru Galdes.

Tkellem ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex Mario Borg, li stqarr li, “L-Awtorità qed tippromwovi din id-diskussjoni dwar is-suq tal-kera residenzjali peress li nemmnu li dan is-suġġett għandu rwol importanti li jorbot ħafna mat-tliet punti ewlenin li fuqhom hi mibnija l-Istrateġija tal-Iżvilupp Reġjonali għal Għawdex, jiġifieri l-użu sensibbli tal-art, ekonomija li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja, u t-tisħiħ tal-identità Għawdxija".

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Is-suq tal-kera f’Għawdex evolva u sar jattira mhux biss turisti iżda ħaddiema u individwi li jagħżlu li jirtiraw f’din il-gżira
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Is-suq tal-kera f’Għawdex evolva u sar jattira mhux biss turisti iżda ħaddiema u individwi li jagħżlu li jirtiraw f’din il-gżira
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Is-suq tal-kera f’Għawdex evolva u sar jattira mhux biss turisti iżda ħaddiema u individwi li jagħżlu li jirtiraw f’din il-gżira
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Is-suq tal-kera f’Għawdex evolva u sar jattira mhux biss turisti iżda ħaddiema u individwi li jagħżlu li jirtiraw f’din il-gżira
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow