Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Aktar titjib fil-pensjonijiet

PR250096
Date Icon 22/01/2025

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kompla għaddej bl-implimentazzjoni ta' diversi miżuri soċjali mħabbra fil-Budget 2025. Bħalissa qed jitkompla l-aġġustament fid-dħul ta' persuni li jirċievu l-pensjoni tal-irtirar u twieldu qabel l-1962, il-pensjoni tar-romol u dik tas-servizz.

B'kollox, madwar 36,000 pensjonant ser jibbenefikaw minn dawn it-tliet miżuri flimkien, bil-pagamenti jkunu mifruxa fil-ġimgħat li ġejjin.

Dan tħabbar mill-Ministru Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn ingħatat ħarsa lejn l-implimentazzjoni ta' aktar minn 40 miżura soċjali matul is-sena 2025.

Il-Ministru Michael Falzon tkellem dwar ir-reviżjoni tal-pensjoni tal-irtirar li qed issir fuq medda ta' snin sabiex jonqos id-distakk fid-dħul pensjonabbli massimu bejn persuni mwielda qabel l-1962 u oħrajn li twieldu wara.

Ir-rata tal-pensjoni ta' min id-dħul pensjonabbli tiegħu jaqbeż it-€23,500, jista' jieħu żieda sa €11.23 fil-ġimgħa. Iż-żidiet li jingħataw ikunu addizzjonali maż-żieda fil-pensjoni ta' €8 fil-ġimgħa li daħlet fis-seħħ fil-bidu tas-sena.

Minn dan l-aġġustament fil-pensjoni tas-sigurtà soċjali, matul ix-xhur li ġejjin mistennija jibbenefikaw madwar 26,000 persuna, inklużi persuni li jirċievu l-pensjoni tar-romol.

Ingħad li dan it-tibdil ma japplikax għal dawk il-persuni li d-dħul pensjonabbli tagħhom huwa anqas mid-Dħul Pensjonabbli Massimu għaliex il-pensjoni tagħhom hija diġà bbażata fuq is-salarji sħaħ li kellhom u li għalhekk diġà jieħdu ż-żewġ terzi sħaħ.

“Dan il-gvern iwettaq dak kollu li jwiegħed. Kull persuna qed tieħu dak li hu dovut lilha bi dritt. Irrid inwassal messaġġ li dan l-aġġustament qed jieħduh biss dawk il-persuni li magħhom saret din l-anomalija," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti Mark Musu tkellem dwar il-proċess li għaddej sabiex ikomplu jitjiebu l-pensjonijiet tar-romol, fejn fil-fatt jinsab fir-raba' sena tiegħu u mistenni jintemm fl-2027. Sa sentejn oħra l-pensjonanti romol kollha jkunu qed jirċievu l-istess rata ta' pensjoni li kieku kienu jirċievu l-konjugi tagħhom kieku għadhom ħajjin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Aktar titjib fil-pensjonijiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Aktar titjib fil-pensjonijiet
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow