STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jiġi ppreżentat bil-ktieb Ġorġ Borg Olivier – Il-Bniedem, il-Politiku, il-Missier ta’ Malta Indipendenti
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia ġie ppreżentat bil-ktieb “Ġorġ Borg Olivier – Il-Bniedem, il-Politiku, il-Missier ta’ MaltaIndipendenti" mill-awtur Michael Caruana.
Waqt il-preżentazzjoni, l-Ispeaker esprima l-gratitudni tiegħu lejn l-awtur għall-inizjattiva li tiddokumenta kapitlu ieħor mill-istorja ta' pajjiżna. Huwa sellem il-memorja ta' ġgnant politiku l-eks prim ministru u eks kap tal-Partit Nazzjonalista Ġorġ Borg Olivier, li, flimkien ma' Dom Mintoff – ġgant ieħor politiku ta' dak iż-żmien – ħadem b'dedikazzjoni favur il-progress u l-benesseri tal-poplu Malti.
L-Ispeaker tkellem dwar l-importanza li tinstab armonija storika fl-evalwazzjoni tal-personalitajiet li taw kontribut sinifikanti għall-iżvilupp tal-pajjiż, u sostna li pubblikazzjonijiet bħal dawn isaħħu l-għarfien dwar il-wirt storiku ta' Malta.
Għal din il-preżentazzjoni kienu preżenti id-Deputat Speaker David Agius u s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN