Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Bonnici jżur it-Teatru Salesjan li qed jirċievi appoġġ mill-Kunsill Malti għall-Arti

PR250079
Date Icon 20/01/2025

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici żar it-Teatru Salesjan f'Tas-Sliema biex josserva mill-qrib it-trasformazzjoni straordinarja ta' dan it-teatru storiku f'ċentru kulturali ħaj.

Matul iż-żjara, il-Ministru Bonnici ġie mdawwar mat-teatru minn Fr Paul Spiteri, President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Organizzazzjoni Volontarja Teatru Salesjan, u James Spiteri Tanti, Teżorier u Project Manager tat-teatru, fejn ġie diskuss il-vjaġġ tat-teatru, l-isfidi li ltaqa' magħhom, u l-aspirazzjonijiet għall-futur.

Matul l-aħħar snin, it-Teatru Salesjan irċieva aktar minn €580,000 f'fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti. Din l-għajnuna kienet kruċjali biex it-teatru baqa' għaddej u kompla jikber. Inizjattivi riċenti, bħall-finanzjament sħiħ ta' apprendistat u għotja fuq tliet snin bħala appoġġ fl-operat tat-teatru permezz tal-Iskema għall-Investiment fl-Organizzazzjonijiet Kulturali, għenu lit-teatru jkompli bil-missjoni tiegħu minkejja l-isfidi finanzjarji.

Matul iż-żjara tiegħu, il-Ministru Owen Bonnici faħħar id-dedikazzjoni u r-reżiljenza tat-tmexxija tat-Teatru Salesjan, u saħaq fuq ir-rwol essenzjali tat-teatru fil-wirt kulturali ta' pajjiżna. “Id-diskussjonijiet li kellna wrew biċ-ċar il-bżonn ta' kollaborazzjoni u appoġġ kontinwu biex nassiguraw is-sostenibbiltà fit-tul u l-iżvilupp kontinwu tat-teatru," ikkonkluda l-Ministru Owen Bonnici.

Min-naħa tiegħu, James Spiteri Tanti qal, “It-Teatru Salesjan jiftaħ il-bibien tiegħu kuljum u sar punt ta' riferiment għall-komunità u għall-attivitajiet kulturali. It-tmexxija tat-teatru qed taħdem biex tindirizza l-isfidi finanzjarji billi tibbilanċja l-attivitajiet li jiġġeneraw dħul ma' inizjattivi kreattivi u kollaborazzjonijiet ma' produtturi u artisti lokali."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Bonnici jżur it-Teatru Salesjan li qed jirċievi appoġġ mill-Kunsill Malti għall-Arti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Bonnici jżur it-Teatru Salesjan li qed jirċievi appoġġ mill-Kunsill Malti għall-Arti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Bonnici jżur it-Teatru Salesjan li qed jirċievi appoġġ mill-Kunsill Malti għall-Arti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow