Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Alliance Française Malte-Méditerranée tiftaħ binja ġdida fil-kulleġġ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun

PR250071
Date Icon 17/01/2025

L-Alliance Française Malte-Méditerranée inawgurat l-binja ġdida tagħha fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun, pass ieħor importanti fil-promozzjoni tal-lingwa u l-kultura Franċiża f'Malta.

Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, kif ukoll Sandrine Lelong-Motta, l-Ambaxxatriċi Franċiża għal Malta. Attendew ukoll membri mill-amministrazzjoni u l-istaff tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca, kif ukoll uffiċjali mill-Ministeru għall-Edukazzjoni.

Fil-kummenti tiegħu waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru Owen Bonnici qal, “L-Alliance Française de Malte-Méditerranée mhix biss ċentru lingwistiku, iżda ċentru ta' eċċellenza. Imwaqqfa qabel Malta kisbet l-indipendenza u saret repubblika, il-preżenza tagħha għal aktar minn 60 sena turi l-konsistenza u l-valur li toffri lill-pubbliku Malti. Il-fatt li aktar minn 400 student jattendu kull sena huwa prova tar-reputazzjoni eċċellenti tagħha."

“Dan il-kapitlu ġdid fil-vjaġġ tal-Alliance Française jafferma mill-ġdid id-dedikazzjoni tagħha biex tkompli ttejjeb ir-rabtiet kulturali bejn Malta u Franza, filwaqt li tipprovdi opportunitajiet edukattivi siewja u tarrikkixxi x-xena kulturali lokali," temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Matul iċ-ċerimonja, l-Alliance Française żvelat l-ispazju interattiv tal-mużew diġitali 'Micro-Folie' fil-librerija tal-iskola sekondarja. Din l-installazzjoni moderna tinkludi aktar minn 4,000 xogħol tal-arti minn mużewijiet Franċiżi ewlenin u toffri esperjenzi ta' realtà virtwali, tipprovdi vjaġġ kulturali immersiv għall-istudenti u l-pubbliku ġenerali.

Iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni kienet tinkludi wkoll wirjiet minn studenti tal-istess Kulleġġ.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Alliance Française Malte-Méditerranée tiftaħ binja ġdida fil-kulleġġ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Alliance Française Malte-Méditerranée tiftaħ binja ġdida fil-kulleġġ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Alliance Française Malte-Méditerranée tiftaħ binja ġdida fil-kulleġġ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow