Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitnieda l-programm tal-Ispecial Olympics Malta f’Għawdex

pr250057
Date Icon 15/01/2025

Il-Ministu għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri flimkien mal-President ta’ Special Olympics Malta Dr Lydia Abela nedew il-programm tal-Ispecial Olympics Malta f’Għawdex, inizjattiva li se tipprovdi programmi b’opportunitajiet sportivi u inklużivi għal persuni b’diżabilità intelletwali f’Għawdex. 

II-Ministru Clint Camilleri stqarr li din it-tnedija tirrifletti l-impenn u l-viżjoni tal-Gvern għal Għawdex bħala gżira li tħaddan id-diversità. “Meta nitkellmu dwar l-isport, qed nitkellmu dwar ħafna iktar minn sempliċiment attività fiżika. Qed nitkellmu dwar il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda, fiduċja, il-kisba tal-miri personali, u l-inklużjoni reali fis-soċjetà. Bħala Gvern, aħna impenjati biex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd, inkluż dawk b’diżabilità.”

Il-Ministru Camilleri rrimarka li dan il-programm huwa wkoll sejħa lill-komunità kollha biex tgħin fil-ħolqien ta’ ambjent fejn kull persuna tħossha apprezzata u inkluża. Fl-aħħar nett, il-Ministru Clint Camilleri ħeġġeġ lil kulħadd biex ikun parti minn dan il-vjaġġ, li jkompli jagħti tama u opportunità lil kull individwu li għandu bżonnha.

Min-naħa tagħha, Dr Lydia Abela tenniet li hekk kif Special Olympics Malta qiegħda tiċċelebra il-25 sena mit-twaqqif tagħha, l-estensjoni tal-programmi u s-servizzi b’mod strutturat fil-gżira Għawdxija, kienet ħolma u mira li l-organizzazzjoni kellha. “Huwa b’sens ta’ sodisfazzjon li ser inkunu qegħdin nagħmlu pass ieħor importanti fl-istorja ta’ din l-għaqda. Pass xprunat mill-passjoni ta’ poplu li jemmen li fis-soċjetà tagħna kulħadd għandu x’joffri,” saħqet Dr Lydia Abela. 

Il-programm tal-Ispecial Olympics mhux biss se jipprovdi pjattaforma fejn il-parteċipanti jistgħu juru t-talenti u l-abbiltajiet tagħhom, iżda wkoll jagħtihom is-sostenn meħtieġ biex jiżviluppaw kunfidenza u jilħqu l-potenzjal tagħhom.

Tkellem ukoll Dr Sean Zammit, Head Gozo College Network, filwaqt li Christabel D’Amato, id-Direttur Sportiv fi ħdan Special Olympics Malta spjegat kif il-programm ta’ Special Olympics se jespandi għal Għawdex, il-miri tiegħu, u l-impatt li jħalli.

Preżenti għal din it-tnedija kien hemm ukoll l-għalliema, il-coaches, l-LSEs u ġenituri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitnieda l-programm tal-Ispecial Olympics Malta f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitnieda l-programm tal-Ispecial Olympics Malta f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitnieda l-programm tal-Ispecial Olympics Malta f’Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow