Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jitħabbru l-benefiċjarji tal-iskema għall-manutenzjoni u sostenn ta’ proġetti infrastrutturali maġġuri

pr250040
Date Icon 13/01/2025

Għaxar kunsilli lokali se jkunu qed jibbenefikaw minn fondi li jammontaw għal madwar €270,000, permezz tal-iskema ta' manutenzjoni u sostenn ta' proġetti infrastrutturali maġġuri mwettqa mill-gvern ċentrali. Permezz ta' dawn il-fondi se jkompli jsir tisbiħ u manutenzjoni ta' żoni miftuħa u rikreattivi fil-lokalitajiet rispettivi. Il-proġetti magħżula jvarjaw minn manutenzjoni u sostenn ta' ġonna,  żoni miftuħa ta' attività fiżika, tħawwil ta' siġar, installazzjoni ta' fanali tat-toroq, manutenzjoni ta' binjiet pubbliċi, fost proġetti oħra.

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, flimkien mad-Direttur  Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali Emil Vassallo, fil-preżenza tas-sindki  u s-segretarji eżekuttivi tal-lokalitajiet li bbenefikaw minn din l-iskema.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli spjegat li dan il-fond għandu l-għan li jmantni proġetti infrastrutturali maġġuri li jkunu ġew imwettqa mill-gvern ċentrali fil-komunitajiet sabiex dawn il-proġetti jiġu miżmuma tajjeb.

“Permezz ta' din l-iskema qed nassistu finanzjarjament lill-kunsill lokali sabiex il-proġetti kapitali fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom ikomplu jiġu sostnuti fil-futur. Aħna nemmnu li huma l-Kunsilli Lokali li jafu l-aħjar il-ħtiġijiet fil-lokalitajiet tagħhom u għaldaqstant permezz ta' din l-iskema qed ikunu l-Kunsilli Lokali stess li japplikaw għall-fondi bi pjan għaż-żamma ta' dawn il-proġetti," qalet is-segretarju parlamentari.

Is-segretarju parlamentari sostniet ukoll li dawn il-proġetti jmorru id f'id mal-ħidma li qed titwettaq mill-gvern bħala parti mill-wegħda elettorali li kull ċittadin ikollu aċċess għal spazju miftuħ f'distanza qasira minn daru.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur Ġenerali Emil Vassallo qal li: “Permezz ta' din l-iskema qegħdin nirrikonoxxu l-ħtieġa li l-proġetti kapitali inkomplu nindukrawhom u nieħdu ħsiebhom u għaldaqstant din l-iskema tgħin lill-kunsilli permezz ta' fondi biex ikomplu jsostnu dawn il-proġetti."

Il-kunsilli lokali li bbenefikaw minn din l-iskema huma, Bormla, Ħal Qormi, Birżebbuġa, il-Gudja, il-Ħamrun, Santa Luċija, Santa Venera, is-Siġġiewi, l-Imqabba u ż-Żebbuġ Għawdex.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jitħabbru l-benefiċjarji tal-iskema għall-manutenzjoni u sostenn ta’ proġetti infrastrutturali maġġuri
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jitħabbru l-benefiċjarji tal-iskema għall-manutenzjoni u sostenn ta’ proġetti infrastrutturali maġġuri
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jitħabbru l-benefiċjarji tal-iskema għall-manutenzjoni u sostenn ta’ proġetti infrastrutturali maġġuri
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow