STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: Il-Gvern jikkundanna d-diskors dispreġjattiv fil-konfront tal-Avukat Ġenerali
pr250019
08/01/2025
Il-Gvern jikkundanna l-approċċ dispreġjattiv li qed taddotta l-Oppożizzjoni fil-konfront tal-Avukat Ġenerali b'tgħajjir u insulti kontinwi li huma intiżi biss biex jagħmlu pressjoni fuq il-ħidma tal-istess Uffiċċju.
Li wieħed jgħid li l-Avukat Ġenerali hija inkompetenti u jattribwilha aġġettivi dispreġjattivi bħal dawk li qiegħda tagħmel l-Oppożizzjoni huwa l-agħar forma ta' diservizz li tista' ssir lejn il-ħidma tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji ta' pajjiżna.
Il-Gvern itenni l-fiduċja sħiħa fl-istituzzjonijiet kollha ta' pajjiżna.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN