STQARRIJA MIS-SEGRETARJU TAL-KABINETT
pr250015
08/01/2025
Hekk kif imħabbar f'PR241158, maħruġa fil-5 ta' Lulju 2024, is-Segretarju tal-Kabinett, is-Sur Ryan Spagnol, kien fetaħ kawża ta' libell fil-konfront ta' Dott. Jason Azzopardi.
Il-kawża ġiet fi tmiemha llum wara li l-allegazzjonijiet malafamanti li kienu saru fuq il-midja soċjali dak iż-żmien ġew irtirati b'mod sħiħ u inkondizzjonat fil-Qorti minn Dott. Azzopardi.
Is-Sur Ryan Spagnol ġie assistit mill-Avukat Dott. Chris Cilia.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN