Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-prinċipji tal-Malta Labour Migration Policy diskussi mal-MCESD

PR250014
Date Icon 07/01/2025

Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) ltaqa’ mal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri, biex iddiskuta l-prinċipji tal-Malta Labour Migration Policy. Din hi politika li ser tkun ippubblikata għall-konsultazzjoni pubblika fil-jiem li ġejjin u li għandha l-għan li tibdel il-mod kif jiġu ngaġġati l-ħaddiema minn pajjiżi terzi f’pajjiżna.

“Smajna mingħand ħafna waqt li konna qegħdin infasslu din il-politika. Nemmnu, li filwaqt li aħna kburin u kburin ħafna bil-progress li għamel pajjiżna fl-aħħar snin, meta nitkellmu dwar is-suċċess ma jfissirx li ma nitkellmux fuq ċertu konsegwenzi tiegħu, u dawk irridu nindirizzawhom. Il-mod kif il-pajjiż jimmaniġġja d-dħul tal-ħaddiema minn pajjiżi terzi hi waħda minnhom. Se nniedu politika b’saħħitha għall-konsultazzjoni pubblika u l-appell tiegħi hu biex kulħadd jgħid tiegħu, fejn inżommu f’moħħna l-interess tal-pajjiż u l-prinċipji li qed infasslu fuqhom din il-politika. Prinċipji li għandu jaqbel magħhom kulħadd,” qal il-Ministru Camilleri waqt diskussjoni mal-imsieħba soċjali. 

Il-prinċipji ta’ din il-politika huma; l-istabbiltà fis-suq tax-xogħol, il-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-ħtieġa li l-immigrazzjoni għax-xogħol tirrifletti l-ħtiġijiet tal-pajjiż kif ukoll l-enfasi fuq il-ħiliet u t-taħriġ. 

Dwar dan id-djalogu, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul qal li “l-Gvern qed jibqa’ jżomm prinċipju ta’ djalogu fil-bidliet il-kbar u importanti li għandu quddiemu l-pajjiż. Għandna pjan ta’ fejn irridu naslu, imma dan hu pjan li qed inwettquh b’konsultazzjoni sħiħa u b’importanza lejn id-djalogu soċjali.”

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairperson tal-MCESD, il-Perit David Xuereb, saħaq fuq l-importanza tal-MCESD bħala pjattaforma fejn suġġetti ta’ rilevanza nazzjonali jiġu diskussi bir-reqqa qabel konsultazzjoni pubblika. “Din l-inizjattiva tirrappreżenta pass lejn ippjanar sostenibbli tal-migrazzjoni tax-xogħol f’pajjiżna, bil-għan li nsaħħu l-kwalità tal-ħajja u l-iżvilupp ekonomiku, filwaqt li nżommu bilanċ fis-suq tax-xogħol. L-imsieħba soċjali fi ħdan l-MCESD ippreżentaw suġġerimenti importanti lill-Gvern, partikolarment dwar sfidi li għandhom jiġu indirizzati b’mod urġenti. Il-kollaborazzjoni u d-djalogu jibqgħu essenzjali biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet bilanċjati u prattiċi. Dan kollu għandu jkun marbut mal-Viżjoni għal Malta 2050, sabiex nassiguraw li kull deċiżjoni tkun parti minn pjan fit-tul għal futur sostenibbli u inklussiv.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-prinċipji tal-Malta Labour Migration Policy diskussi mal-MCESD
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-prinċipji tal-Malta Labour Migration Policy diskussi mal-MCESD
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow