Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Aktar minn 8,000 siġra ġdida fl-2024

PR242111
Date Icon 31/12/2024

Is-sena 2024 rat sensiela ta' proġetti ambjentali li wasslu għat-tħawwil ta' eluf ta' siġar madwar Malta.

Aktar minn 8,000 siġra tħawlu bħala parti minn diversi proġetti u inizjattivi kkoordinati mill-entitajiet taħt il-gwida tal-Ministeru għall-Ambjent. Ma' dawn tħawlu wkoll aktar minn 25,000 arbuxell minn diversi entitajiet tal-gvern.

Project Green, Ambjent Malta, l-Awtorita għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u GreenServ intensifikaw ix-xogħol tagħhom sabiex jingħataw iktar spazji miftuħa għan-nies u jitħawlu siġar indiġeni li jappoġġaw il-bijodiversità lokali. B'hekk, l-entitajiet kollha komplew jaħdmu għal għan wieħed; li titjieb il-kwalità ta' ħajja għall-familji filwaqt li jissaħħaħ l-ambjent naturali.

“Illum meta nħawlu siġra ġdida, qed ninvestu fil-futur tal-komunitajiet tagħna b'mod konkret. Qed nagħtu spazju għal arja aktar nadifa u ambjent aktar san. Aktar spazji ħodor ifissru kwalità ta' ħajja u pajjiż isbaħ u aktar attraenti. L-isforz kollettiv ta' eluf ta' siġar ġodda jagħmlu differenza għal pajjiżna u għall-ġenerazzjonijiet ta' għada," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Sadanittant, mas-60,000 metru kwadru ta' spazji ħodor infetħu permezz ta' ħidma minn dan il-ministeru biss, fosthom proġetti ewlenin bħal Ġnien Spencer fil-Marsa, Wied Inċita f'Ħ'Attard u l-Ġnien fuq il-Glażiż fil-Birgu.

Dan ix-xogħol jixhed l-impenn kontinwu tal-gvern biex jipproteġi l-ambjent u l-bijodiversità tal-pajjiż.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Aktar minn 8,000 siġra ġdida fl-2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Aktar minn 8,000 siġra ġdida fl-2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Aktar minn 8,000 siġra ġdida fl-2024
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow