Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr242101
Date Icon 30/12/2024

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba livelli għoljin ta' Aflatossini.

L-aflatossini huma prodotti primarjament minn żewġ speċi tal-fungu 'Aspergillus' li jinsabu speċjalment f'żoni bi klimi sħan u umdi. Dawn jinstabu fl-ikel bħala riżultat ta' kontaminazzjoni mill-fungi, kemm qabel kif ukoll wara l-ħsad. It-temperatura, l-umdità, il-ħamrija u l-kundizzjonijiet tal-ħażna kollha jaffettwaw ir-rata u l-grad ta' kontaminazzjoni. L-aflatossini jistgħu jikkawżaw varjetà ta' effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem.

Deskrizzjoni tal-prodott:Pistaċċi mingħajr qoxra bit-togħma ta' ġinġer u lumi
Isem tal-prodott fuq it-tikketta:Pistacchi sgusciati aromatizzati zenzero e limone
Dati tad-durabilità:

01/06/2025; Lott: 24CPC08

31/05/2025; Lott: 24CMC14

Weight:30g
Deskrizzjoni tal-prodott:Pistaċċi mingħajr qoxra bit-togħma ta' ġinġer u lumi
Isem tal-prodott fuq it-tikketta:Pistacchi sgusciati aromatizzati zenzero e limone
Dati tad-durabilità:

01/06/2025; Lott: 24CPC08

31/05/2025; Lott: 24CMC14

Weight:30g

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefown – 2133 7333 mit-8.00 a.m. sas-2.30 p.m. jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow