Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur it-tfal rikoverati l-isptar

pr242093
Date Icon 24/12/2024

Lejliet il-Milied, il-Prim Ministru Robert Abela flimkien ma' martu Dr Lydia Abela u l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela żaru t-tfal rikoverati fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo u fl-Isptar Mater Dei fejn anki ltaqgħu mal-familji tagħhom. Fiż-żjarat li saru tqassmu rigali lit-tfal mogħtija frott il-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi permezz tal-inizjattiva 'Rigal b'imħabba'.

Il-Prim Ministru ntlaqa' wkoll mid-diriġenti tal-għaqda Puttinu Cares li jaħdmu ħafna mal-familji bi tfal rikoverati fl-isptarijiet. Ġie spjegat it-tip ta' kura li jirċievu t-tfal u kif il-ħajja tagħhom tkun faċilitata anki bil-vjaġġ edukattiv ikompli fl-isptar meta t-tfal ikunu hemm għal perjodu ta' żmien.

Apparti l-edukaturi, hemm fiżjoterapisti fost professjonisti oħra li xogħolhom mat-tfal jagħmluh b'dedikazzjoni kbira. Il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-ħidma tagħhom mat-tfal, u lit-tfal u lill-familji tagħhom għamlilhom kuraġġ waqt dan il-perjodu ta' sfida f'ħajjithom. Infermiera fl-isptar sostniet kif tfal li finalment ifiqu jmorru lura l-isptar flimkien mal-familji tagħhom u juru sens t'apprezzament.

Il-Prim Ministru Robert Abela nnota wkoll il-ħidma kbira li twettaq Puttinu Cares li taħdem ħafna mat-tfal u l-familji tagħhom biex tiffaċilita l-ħajja tagħhom. Saħaq li Puttinu jgħix l-esperjenzi mal-familji billi joffri t-tama u l-kuraġġ fi żmien diffiċli. Qal li Puttinu dejjem ikun ta' spalla u għalhekk bl-istess mod pajjiżna jagħti spalla lil din l-għaqda li għandha missjoni soċjali importanti.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur it-tfal rikoverati l-isptar
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur it-tfal rikoverati l-isptar
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow