Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżżur l-aħħar preparamenti għal L-Istrina 2024

pr242089
Date Icon 24/12/2024

Fi żjara li għamlet fil-Kumpless Sportiv f'Ħal Kirkop, il-President ta' Malta Myriam Spiteri Debono segwiet l-aħħar tħejjijiet li għaddejjin b'rabta ma' L-Istrina li tittella' ta' kull sena l-għada tal-Milied.

Fost l-oħrajn il-President żaret is-sett li minnu se tkun qed tittella' x-xandira televiżiva ta' tnax-il siegħa fis-26 ta' Diċembru bis-sehem ta' diversi preżentaturi mill-istazzjonijiet televiżivi ewlenin f'pajjiżna flimkien ma' personalitajiet oħra.

Hija ltaqgħet ukoll mal-ħaddiema u voluntiera li kienu għaddejjin bil-ħidma tagħhom kemm fl-armar u fi tħejjijiet loġistiċi oħra.

F'kummenti li tat, il-President Myriam Spiteri Debono semmiet kif il-bżonnijiet huma kbar u għaldaqstant appellat għall-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi f'din il-festa ta' solidarjetà.

Jakkumpanjaw lill-President ta' Malta kien hemm iċ-Chairperson tal-Malta Community Chest Fund Sina Bugeja flimkien ma' diversi uffiċjali mill-Uffiċċju tal-President.

L-Istrina tiftaħ f'nofsinhar bil-messaġġi mill-ogħla awtoritajiet f'pajjiżna u tibqa' sejra sa' nofsillejl, b'xandira diretta fuq l-istazzjonijiet PBS, NET, ONE u F LIVING.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżżur l-aħħar preparamenti għal L-Istrina 2024
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżżur l-aħħar preparamenti għal L-Istrina 2024
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżżur l-aħħar preparamenti għal L-Istrina 2024
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżżur l-aħħar preparamenti għal L-Istrina 2024
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżżur l-aħħar preparamenti għal L-Istrina 2024
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow