Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jinħareġ it-tender għall-espansjoni u żvilupp tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei

pr242077
Date Icon 19/12/2024

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva ħabbar li ġie ppubblikat it-tender għall-espansjoni u żvilupp tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei.

Is-sit attwali fl-Isptar Mater Dei jikkonsisti mid-Dipartiment tal-Emerġenza u l-parkeġġ li jmissu miegħu, kif ukoll żona ħadra u l-bini tal-Medical Assessment Unit (MAU). L-iżvilupp propost se jittrasforma din iż-żona b'mod sinifikanti.  Il-parkeġġ eżistenti tad-Dipartiment tal-Emerġenza se jinbidel hekk kif ġej:

  • Livelli 9 u 10 - estensjoni tad-Dipartiment tal-Emerġenza 
  • Livelli 11, 12, 13 & 14 - Swali Mentali Akuti
  • Livell 15 – Plant Room



    Barra minn hekk, l-ispazju 'l fuq mill-MAU eżistenti, li jinsab f'Livell 10, se jiġi estiż biex jakkomoda aktar Swali Akuti fuq il-Livelli 11 sa 13.



    •             Bini ta' Plant Room oħra fuq Livell 14. 

    •             Iż-żona ekoloġika attwali se tiġi żviluppata wkoll biex tinkludi substation ġdida fil-Livell 8 u 9. 

    •             Livell 10 se jinbidel fil-parkeġġ il-ġdid għad-Dipartiment tal-Emerġenza u Livell 11 se jipprovdi żona fuq barra ddisinjata speċifikament għall-pazjenti Akuti. 



    Dan l-iżvilupp estensiv għandu l-għan li jtejjeb il-kapaċità tal-isptar u jtejjeb is-servizzi, b'mod partikolari fil-kura tas-saħħa mentali u t-trattament tal-emerġenza. Is-sit ikopri areatotali ta' 7,100m² - il-volum skavat huwa ta' 10,500 metru kubu.



    Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn: https://www.etenders.gov.mt/epps/cft/prepareViewCfTWS.do?resourceId=11730496
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow