Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U L-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Il-gvern japprova l-għoti ta’ art għal ċentru ġdid ta’ distribuzzjoni tal-elettriku fis-Siġġiewi

pr242075
Date Icon 19/12/2024

Il-Gvern ta' Malta, permezz tal-Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, approva l-għoti ta' art fis-Siġġiewi għal bini ta' ċentru ġdid ta' distribuzzjoni tal-elettriku tal-Enemalta plc. Din id-deċiżjoni hija parti minn inizjattiva usa' biex tissaħħaħ l-infrastruttura tal-elettriku madwar pajjiżna, u tiżgura reżiljenza u kapaċità mtejba.

Iċ-Ċentru l-ġdid ta' Distribuzzjoni fis-Siġġiewi se jkollu rwol kritiku biex jindirizza l-bżonnijiet tas-Siġġiewi u l-lokalitajiet tal-madwar, fosthom Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, iż-Żurrieq, il-Qrendi, u l-Imqabba. Il-faċilità se tikkontribwixxi għal servizzi tal-elettriku msaħħa fir-reġjun kollu billi se ttaffi l-piż minn fuq iċ-ċentri ta' distribuzzjoni eżistenti f'Ħal Kirkop, Ħal Far, il-Mosta, u l-Marsa.

Il-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi spjega, “Il-bidu ta' dan il-proċess ta' allokazzjoni ta' art lil Enemalta hija xhieda li qed tingħata prijorità mill-gvern li art pubblika tintuża għal proġetti għat-tisħiħ tal-infrastruttura. Hija konferma li r-riżorsi inkluż ta' art pubblika tkompli tiġi użata biex insaħħu l-infrastruttura għall-ġid nazzjonali u tal-pubbliku inġenerali."

Il-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija Miriam Dalli qalet li dan il-proġett juri biċ-ċar il-viżjoni tal-gvern li tkompli ssaħħaħ l-infrastruttura tal-enerġija b'mod sostenibbli u effiċjenti. “Billi ninvestu f'aktar kapaċità u flessibbiltà, qed inqiegħdu l-pedamenti għall-futur tal-pajjiż, u niżguraw servizz tal-elettriku aktar affidabbli u reżiljenti għaċ-ċittadini u n-negozji tagħna," qalet il-ministru.

Biex jissaħħaħ is-servizz tal-elettriku, l-Enemalta plc qed twettaq investiment li se jitla' għal €95 miljun fuq sentejn fl-infrastruttura tal-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow