Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: L-Ispeaker jinawgura wirja b’risq id-Dar tal-Providenza

PR242069
Date Icon 17/12/2024

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia inawgura l-wirja artistika annwali b’risq id-Dar tal-Providenza.

F’kelmtejn tal-okkażjoni l-Ispeaker faħħar ix-xogħol imprezzabbli li din id-dar tkompli twettaq fis-soċjetà Maltija u Għawdxija fejn tenna li d-Dar tal-Providenza hija mhux biss kenn għal persuni b’diżabilità, iżda wkoll simbolu tal-imħabba u l-solidarjetà li jgħammar fil-qalb tal-poplu tagħna.

L-Ispeaker qal ukoll li l-wirja artistika hija eżempju ċar tal-ispirtu ġenwin ta’ għaqda u ġenerożità, hekk kif il-kontribuzzjonijiet tal-artisti u l-appoġġ tal-pubbliku jkomplu jagħtu l-ħajja lil din il-missjoni qaddisa. Huwa stieden lill-pubbliku sabiex jikkontribwixxi b’mod ġeneruż, kemm materjalment kif ukoll spiritwalment, sabiex id-Dar tal-Providenza tkompli toffri s-servizzi essenzjali tagħha b’dinjità u imħabba. L-Ispeaker irringrazzja lil Father Martin Micallef għall-impenn kontinwu tiegħu u esprima l-fiduċja li din l-inizjattiva se tkun suċċess kbir, li turi għal darb’oħra l-qawwa tas-solidarjetà tal-poplu Malti u Għawdxi.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: L-Ispeaker jinawgura wirja b’risq id-Dar tal-Providenza
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: L-Ispeaker jinawgura wirja b’risq id-Dar tal-Providenza
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: L-Ispeaker jinawgura wirja b’risq id-Dar tal-Providenza
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: L-Ispeaker jinawgura wirja b’risq id-Dar tal-Providenza
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow