Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA ‘Report by the Auditor General on the Workings of Local Government 2023’

PR242064
Date Icon 16/12/2024

L-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, illum ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, ir-Rapport Annwali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) fuq il-ħidma tal-Gvern Lokali matul is-sena 2023.

Sebgħa u ħamsin (57) Kunsill Lokali, sitt (6) Kunsilli Reġjonali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ssottomettew l-audited financial statements lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika. Minkejja li dawn kellhom jiġu sottomessi sal-aħħar ta' Ġunju 2024, ħdax-il (11) Kunsill Lokali, baqgħu ma ppreżentawx l-audited financial statements tagħhom lil dan l-Uffiċċju sa nofs Ottubru 2024 meta dan ir-Rapport kien qed jiġi ffinalizzat. F'dan il-kuntest, l-Awditur Ġenerali jisħaq lill-awtoritajiet biex jissottomettu l-audited financial statements fil-ħin, skont il-liġi. Assolutament m'għandhiex tibqa' tiġi aċċettata li dawn ma jintbagħtux.

Għal darb'oħra, dan l-Uffiċċju jisħaq fuq l-importanza ta' kollaborazzjoni kollettiva li mhux biss tkompli ssaħħaħ il-komunitajiet lokali, imma wkoll tippromovi governanza tajba. Kien innotat li mhux kull Kunsill ta l-impenn sħiħ tiegħu u kkollabora bl-aħjar mod possibbli mal-Awdituri tal-Gvern Lokali. Dan wassal f'dewmien biex jiġi ffinalizzat l-awditjar rispettiv. Barra minn hekk, f'eżerċizzju mwettaq mill-NAO fuq il-Kunsill Lokali tal-Qala, spikka wkoll in-nuqqas ta' konformità mar-regolamenti tal-akkwist.

L-NAO jirrikonoxxi li b'eċċezzjoni ta' Kunsill Lokali wieħed, il-Kunsilli kollha rrispondew bil-miktub għan-nuqqasijiet identifikati mill-Awditur. Madanakollu, il-fatt li ammont sostanzjali ta' nuqqasijiet jibqgħu jirrepetu ruħhom sena wara sena, huwa totalment inaċċettabbli. Għaldaqstant dan l-Uffiċċju jemmen li għad hemm lok għal titjib fil-kontrolli interni tal-Kunsilli biex jiġu indirizzati żbalji ta' natura ta' kontabbiltà u nuqqasijiet fl-immaniġġjar tal-assi fissi, li jiġu rrappurtati kull sena, għax dan juri li mhix tittieħed l-ebda azzjoni korrettiva biex tindirizza l-kawżi ewlenin.

Ġie wkoll innutat nuqqas ta' ppjanar finanzjarju effettiv li wassal għal infiq jew, f'ċerti każi, tfaddil eċċessiv, liema estremi jħallu impatt negattiv fuq l-operat tal-Kunsill.

Ta' tħassib huwa wkoll il-fatt li:

  1. l-Audit Reports ta' wieħed u tletin (31) Awtorità Lokali ġew kwalifikati minħabba nuqqasijiet fl-evidenza; u
  1. erba' (4) Awtoritajiet Lokali kellhom Emphasis of Matter Paragraph fl-Audit Report, li jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li tali Kunsilli jistgħu jiltaqgħu ma' diffikultajiet finanzjarji fil-futur qrib.

Ir-Rapport jagħmel analiżi dettaljata filwaqt li jipproponi rakkomandazzjonijiet bil-għan li dawn in-nuqqasijiet, flimkien ma' oħrajn li ġew identifikati mill-Awdituri privati tal-Gvern Lokali, jiġu indirizzati.

Ir-Rapport sħiħ jidher fis-sit elettroniku tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika www.nao.gov.mt kif ukoll fuq il-paġna tal-Facebook www.facebook.com/NAOMalta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow