Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI 28 professjonist jingħataw Warrant jew Ċertifikat ta’ Ħila ta’ Patrimonju

pr242062
Date Icon 16/12/2024

F'ċerimonja uffiċjali, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ppreżenta Warrant jew Ċertifikat ta' Ħila ta' Patrimonju lil 28 professjonist li jaħdmu fil-qasam tal-konservazzjoni u tar-restawr tal-patrimonju kulturali.

Minn dawn it-28 professjonist, 3 minnhom ingħataw Warrant waqt li l-bqija, jiġifieri 25, ingħataw Ċertifikat ta' Ħila ta' Patrimonju.

B'hekk it-total ta' Warrants maħruġa mit-twaqqif tal-Bord tal-Warrant tar-Restawraturi sal-lum tela' għal 62.

Fir-rigward taċ-Ċertifikat ta' Ħila ta' Patrimonju, dan inħareġ għat-tielet darba mill-Bord tal-Warrant tar-Restawraturi, li jfisser li sal-lum ingħataw dan iċ-ċertifikat total ta' 45 professjonist, u għandu l-għan li jirregola x-xogħlijiet relatati mal-attivitajiet marbuta mal-professjoni tal-konservaturi u tar-restawraturi kif jistipula l-Att Dwar il-Patrimonju Kulturali, Kapitlu 445.

Il-Ministru Bonnici spjega li bis-saħħa ta' dawn il-Warrants kif ukoll taċ-Ċertifikat tal-Ħila ta' Patrimonju mogħti mill-Bord tal-Warrant tar-Restawraturi, l-abbiltajiet ta' dawn il-professjonisti qed jiġu rikonoxxuti.

Waqt li indirizza lill-konservaturi u lir-restawraturi fil-preżenza tal-Bord, il-Ministru Bonnici saħaq li peress illi x-xogħol ta' konservazzjoni u restawr ta' oġġetti ta' valur kulturali jeħtieġ li jsir bl-aħjar mezzi, materjal, galbu, u etika, l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali jesiġi li biex wieħed iwettaq dan it-tip ta' xogħol jeħtieġ li jkollu Warrant jew Ċertifikat ta' Ħila ta' Patrimonju maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali.

Il-Ministru Bonnici kkonkluda billi rringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom tul iż-żmien, partikolarment liċ-Chairperson tal-Bord Dr Joseph Buttigieg u lill-kumplament tal-Bord li kien strumentali biex illum qed nirrikonoxxu dawn il-professjonisti billi jingħataw Warrant jew Ċertifikat ta' Ħila ta' Patrimonju.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI 28 professjonist jingħataw Warrant jew Ċertifikat ta’ Ħila ta’ Patrimonju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI 28 professjonist jingħataw Warrant jew Ċertifikat ta’ Ħila ta’ Patrimonju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI 28 professjonist jingħataw Warrant jew Ċertifikat ta’ Ħila ta’ Patrimonju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI 28 professjonist jingħataw Warrant jew Ċertifikat ta’ Ħila ta’ Patrimonju
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow