Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Owen Bonnici jindirizza avveniment fi Strażburgu f’għeluq is-70 anniversarju tal-Konvenzjoni Kulturali Ewropea

pr242052
Date Icon 12/12/2024

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, indirizza avveniment fi Strażburgu li ttella' fl-okkażjoni tas-70 sena mill-Konvenzjoni Kulturali Ewropea.

Il-Ministru Bonnici fid-diskors tiegħu saħaq fuq l-importanza tal-ħidma tal-Kunsill tal-Ewropa fil-kamp tal-Protezzjoni tal-patrimonju storiku kemm fejn tidħol il-Konvenzjoni Kulturali Ewropea, li ddeskrivieha bħala żvilupp importanti ferm, u anke fejn jidħlu inizjattivi oħra li twieldu anke bis-saħħa tal-kisba tal-Konvenzjoni.  

Dr Bonnici saħaq li l-konvenzjoni kabbret l-għaqda fost fil-ġnus, saħħet il-wirt storiku u assigurat li d-demokrazija Ewropea tkompli timxi 'l quddiem bis-saħħa ta' skambji kulturali. 

“Il-kultura hija l-pont li jgħaqqad il-passat mal-futur u permezz ta' din il-konvenzjoni bnejna sisien li jġibu flimkien il-kulturi diversi u jgħaqqduna fil-valuri Ewropej," qal Dr Bonnici. 

Huwa fakkar ukoll kif f'Ġunju 2023, Malta ngħaqdet mal-proġett tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Rotot Kulturali, liema proġett kien żvilupp fuq il-Konvenzjoni nnifisha.

Qal li dan jimmarka kapitlu importanti fl-impenn kontinwu ta' pajjizna għall-promozzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali tagħna, filwaqt li nsaħħu r-rabtiet tagħna mal-Ewropa. 

Spjega kif dawn se joffru l-pjattaformi ideali biex jippromwovu l-istorja u l-wirt għani ta' Malta, u jqajmu kuxjenza dwar it-teżori kulturali ta' gżiritna madwar l-Ewropa u lil hinn.

Dr Bonnici qal ukoll illi f'Jannar 2024, Malta ħadet pass importanti ieħor fl-impenn tagħha lejn il-ħarsien tal-wirt kulturali billi approvat ir-ratifika ta' tliet konvenzjonijiet tal-UNESCO u UNIDROIT, kif ukoll żewġ protokolli relatati.

Dawn il-konvenzjonijiet jiffukaw fuq il-protezzjoni tal-wirt kulturali fi żminijiet ta' kunflitt jew terroriżmu u fuq il-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu fi proprjetà kulturali li ġej mill-gwerra, it-terroriżmu transnazzjonali, u l-kriminalità organizzata.

Dr Bonnici qal illi s-sena d-diehla, Malta se tilħaq tragward importanti billi se tippresjedi l-Kumitat tal-Ministri, u magħha tiġi opportunità unika biex ikollha rwol ċentrali f'waħda mill-aktar inizjattivi kulturali stmati tal-Ewropa: il-Jiem tal-Patrimonju Ewropew.

Irrefera għall-kisbiet li saru fl-aħħar snin fosthom fl-2020 bl-inklużjoni tal-Ftira, l-arti kulinari u l-kultura tal-ħobż, fil-lista tal-Wirt Kulturali Intanġibbli. 

Fl-2021, l-Għana, it-tradizzjoni tal-għanjiet folkloristiċi Maltin, ingħatat ukoll rikonoxximent għar-rwol tagħha fil-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet orali tagħna, il-wirt mużikali, u l-istejjer tal-poplu Malti. 

Fl-2023, il-Festa ta' Malta ġiet rikonoxxuta għas-sinifikat kulturali tagħha bħala wirt intanġibbli mill-UNESCO.

Dr Bonnici qal li Malta qed tħares ukoll b'interess biex tissieħeb lejn il-fond ta' appoġġ kulturali Eurimages immexxi mill-Kunsill tal-Ewropa hekk kif dan jipprovdi aċċess għal networking effettiv u għotjiet finanzjarji sostanzjali biex tappoġġja koproduzzjonijiet internazzjonali, li jippermettu l-ħolqien ta' films, dokumentarji, u serje televiżivi li jinvolvu kollaborazzjoni bejn diversi pajjiżi Ewropej.

Dr Bonnici sellem ukoll lill-Ukrajna u enfasizza l-ħtieġa li l-gwerra ta' aggressjoni li r-Russja bdiet illegalment kontra dan il-pajjiż tintemm illum qabel għada.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Owen Bonnici jindirizza avveniment fi Strażburgu f’għeluq is-70 anniversarju tal-Konvenzjoni Kulturali Ewropea
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Owen Bonnici jindirizza avveniment fi Strażburgu f’għeluq is-70 anniversarju tal-Konvenzjoni Kulturali Ewropea
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Owen Bonnici jindirizza avveniment fi Strażburgu f’għeluq is-70 anniversarju tal-Konvenzjoni Kulturali Ewropea
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Owen Bonnici jindirizza avveniment fi Strażburgu f’għeluq is-70 anniversarju tal-Konvenzjoni Kulturali Ewropea
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow