Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jum ir-Repubblika – Il-Ġimgħa, 13 ta’ Diċembru 2024

pr242049
Date Icon 12/12/2024

Jum ir-Repubblika jfakkar il-ġurnata fejn Malta rrevediet il-kostituzzjoni tagħha u effettivament saret Repubblika. B'hekk Malta ma baqgħetx b'kap ta' stat barrani u mmexxija mill-monarkija tar-Renju Unit, u minflok inħatar l-ewwel President ta' Malta Repubblika, Sir Anthony Mamo. Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju ta' Jum ir-Repubblika, Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, flimkien mal-Uffiċċju tal-President, qed jorganizzaw attivitajiet kommemorattivi sabiex jitfakkar dan il-jum.

Nhar Jum ir-Repubblika fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju se ssir quddiesa pontifikali ta' ringrazzjament fil-Konkatidral ta' San Ġwann fid-9.00 a.m.

Aktar tard fil-10.45 a.m., jingħata bidu għall-parata ċerimonjali mill-Forzi Armati ta' Malta bil-wasla tal-President ta' Malta Myriam Spiteri Debono fi Pjazza San Ġorġ. Għall-okkażjoni jattendu l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-Prim Ministru ta' Malta Dr Robert Abela, flimkien ma' mistednin distinti oħra. Festivals Malta jappella lill-pubbliku biex jattendi għal din iċ-ċerimonja fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, fejn din is-sena l-pubbliku inġenerali se jkun jista' jsegwi tali parata mill-arena li ntramat fuq kull ġenb tal-istess Pjazza. F'nofsinhar issir iċ-ċerimonja tal-investitura u l-għoti tal-midalji fis-Sala tal-Gran Kunsill, fil-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt Valletta. Dawn l-avvenimenti kollha ser ikunu mxandra b'mod dirett fuq TVM.

Filgħaxija fis-6.00 p.m. il-Banda King's Own tal-Belt Valletta tagħmel marċ tal-okkażjoni tul Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. Dan il-marċ jibda minn Pjazza Repubblika.

Aktar tard filgħaxija l-Gvern ta' Malta permezz ta' Festivals Malta u l-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ser itellgħu spettaklu awdjoviżiv 'L-Istorja, Aħna' li ser jittella' fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, fejn il-faċċata tal-Palazz tal-President ser isservi bħala tila moderna li ser tgħin biex tiġi rrakkuntata l-istorja ta' pajjiżna. Dan l-ispettaklu se jittella' nhar Jum ir-Repubblika kif ukoll is-Sibt, 14 u l-Ħadd, 15 ta' Diċembru 2024. L-ispettaklu 'L-Istorja, Aħna' tal-Ġimgħa, 13 ta' Diċembru 2024 ser jixxandar b'mod dirett fuq TVM u l-istazzjonijiet lokali kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow