STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali jagħmlu referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet mogħtija mix-Shadow Ministers Janice Abela Chetcuti u Darren Carabott.
Huwa ironiku kif il-Partit Nazzjonalista waqt li jiftaħar li fetaħ sptar tal-annimali mkien ma jsemmi li dan kien operat mill-privat.
Fix-xhur li għaddew kien evidenti li l-operatur privat ma kienx qed jirnexxilu jopera dan l-isptar skont il-kundizzjonijiet taċ-ċens għad-detriment ta' min jiġi bżonn is-servizzi offruti minn dan l-isptar. Kien hawn li l-gvern ried joffri soluzzjoni li b'mod fattwali, fejn permezz ta' dan l-isptar, jagħti aktar lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Tant li f'dan il-perjodu l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni għal aktar minn darba qal b'mod pubbliku li għaddej proċess li permezz tiegħu l-istudenti tal-kors tal-veterinarji, kors li għall-ewwel darba qed isir f'pajjiżna, ikunu jistgħu jieħdu t-taħriġ marbut ma' dan il-perkors akkademiku f'dan l-isptar. Għalhekk permezz ta' dan il-proċess dan l-isptar issa għandu jservi kemm il-funzjoni tiegħu ta' sptar tal-annimali u wkoll funzjoni addizzjonali ta' tagħlim.
Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali jfakkar li s-servizzi veterinarji f'Malta huma regolati taħt ir-Regolamenti dwar Stabbilimenti Veterinarji Privati (Liċenzjar) SL 437.106. Din il-leġiżlazzjoni tobbliga li l-istabbilimenti veterinarji kollha jipprovdu jew ikunu parti minn servizz ta' emerġenza ta' 24 siegħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN