Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Ċentru tan-negozji ġdid fis-Central Business District tal-Imrieħel

pr242046
Date Icon 12/12/2024

“Is-Central Business District qed ikompli jżid fil-popolarità tiegħu bħala ċentru ewlieni għan-negozju f'pajjiżna, u l-ftuħ ta' Avenue 77 huwa konferma ta' dan." Dan sostnieh il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri waqt żjara li għamel f'Avenue 77. 

Avenue 77 beda l-operat tiegħu s-sena li għaddiet, b'dan iċ-ċentru jkopri 3,000 metru kwadru, b'ħafna minnhom spazji għall-uffiċċji u postijiet għax-xogħol plug and play. Bħalissa qed isiru wkoll xogħlijiet fuq spazju ta' 500 metru kwadru addizzjonali li wkoll se jintuża għal uffiċċji tal-ogħla livell. F'Avenue 77, b'ċentru kummerċjali isfel u business centre fis-sulari ta' fuq, qed jiġu akkomodati diversi bżonnijiet tan-negozji ta' kull daqs, minn startups sa kumpaniji stabbiliti.

“Dan huwa ċentru li joffri teknoloġija avvanzata, b'disinn innovattiv u espansjoni li hija konformi mal-impenn ta' dan il-Gvern sabiex titkabbar il-produttività fi ħdan il-komunità tan-negozju. Minbarra l-ispazju għall-uffiċċji, dan il-post joffri wkoll ħwienet kummerċjali. B'hekk dejjem ikompli jikber l-element tas-Central Business District, bħala ċentru għan-negozju bil-kumditajiet kollha viċin xulxin," qal il-Ministru Silvio Schembri.

“Hekk kif id-domanda għall-uffiċċji f'pajjiżna qed tkompli tikber, l-espansjoni ta' Avenue 77 tippermetti li jinħolqu aktar opportunitajiet għan-negozji sabiex jirnexxu f'Malta," qal Chris Casapinta, Direttur Maniġerjali ta' Avenue 77.

Waqt din iż-żjara attenda wkoll il-Kap Eżekuttiv tas-Central Business District Carmelo Abela, kif ukoll it-tmexxija t'Avenue 77.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Ċentru tan-negozji ġdid fis-Central Business District tal-Imrieħel
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Ċentru tan-negozji ġdid fis-Central Business District tal-Imrieħel
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Ċentru tan-negozji ġdid fis-Central Business District tal-Imrieħel
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Ċentru tan-negozji ġdid fis-Central Business District tal-Imrieħel
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow