Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Rapport annwali tal-Awditur Ġenerali dwar il-kontijiet pubbliċi

PR242036
Date Icon 11/12/2024

Illum, l-Awditur Ġenerali, Charles Deguara, ippreżenta r-Rapport Annwali dwar il-Kontijiet Pubbliċi għas-sena 2023 lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Dr Anġlu Farrugia. Dan jikkonsisti fi 32 rapport ta' verifika fuq l-operat ta' numru ta' entitajiet fis-settur pubbliku. Din il-pubblikazzjoni tinkludi wkoll analiżi tar-Rapport Finanzjarju 2023, kif ukoll tal-arretrati kif ġew mgħoddija lit-Teżor mill-ministeri, dipartimenti u entitajiet rispettivi.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) eżamina b'reqqa diversi sorsi ta' ħruġ sabiex tkun analizzata sew l-osservanza tal-liġijiet u r-regolamenti relatati magħhom. Ir-rapport jinkludi aktar minn 260 rakkomandazzjoni li jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati mill-NAO bl-għan li tissaħħaħ il-governanza u jitjiebu l-prattiki fl-operat tal-gvern.

Dawn li ġejjin huma wħud min-nuqqasijiet ewlenin li ġew identifikati:

  • Regolamenti dwar l-akkwist pubbliku ma ġewx osservati, fosthom servizzi mogħtija abbażi ta' kuntratti skaduti u nuqqas ta' approvazzjoni neċessarja.
  • Lakuni fil-kontrolli interni u fil-proċeduri tal-operat.
  • Nuqqasijiet fid-dokumentazzjoni neċessarja għall-pagament ta' allowances u sahra.
  • Dewmien u nfiq żejjed ikkawżati minn nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-proġetti.

Aċċess għal dan ir-rapport mis-sit uffiċjali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika www.nao.gov.mt kif ukoll mill-paġna tal-Facebook www.facebook.com/NAOMalta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow