Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Attività ta’ Lejliet l-Ewwel tas-Sena fil-qalba tal-Kottonera

PR242034
Date Icon 11/12/2024

F'lejliet l-Ewwel tas-Sena, il-Fondazzjoni Kottonera li taqa' fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali, flimkien mal-Kunsilli Lokali ta' Bormla, Birgu, l-Isla u l-Kalkara se jtellgħu kunċert mill-isbaħ għat-tielet sena konsekuttiva.

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli flimkien maċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera Joe Mizzi.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli qalet li dan l-avveniment sar imfittex mill-Maltin, Għawdxin u anke mill-barranin li jżuruna. Filwaqt li rringrazzjat lil dawk kollha involuti sabiex tittella' din is-serata ħeġġet lill-pubbliku sabiex jattendi.

“Permezz ta' attivitajiet bħal din u oħrajn simili, l-Kottonera tkun tista' tesponi l-potenzjal u s-sbuħija tagħha. Dan għax f'dawn l-attivitajiet il-Kottonera tilqa' fiha persuni minn madwar il-pajjiż u saħansitra turisti li jiġu sabiex jiċċelebraw il-bidu tas-sena l-ġdida, filwaqt li jieħdu gost b'serata mimlija divertiment għall-familja kollha," temmet tgħis is-segretarju parlamentari.

Min-naħa tiegħu, ċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera, Joe Mizzi, qal: “Dan il-kunċert li se jsir proprju fil-qalba tal-Kottonera se joffri spettaklu u divertiment għall-familja kollha. Se jkun hemm trasport anke permezz tal-baħar apparti trasport pubbliku. Inħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jattendi."

Intant, f'din l-attività se jieħdu sehem; “The Drop Out Band", Mike Spiteri, Janvil, Jade, Neville u Maestro Joe Brown. Filwaqt li din l-attività se tkun b'xejn għal kulħadd, l-organizzaturi sabu s-sostenn tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali u Heritage Malta.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jagħmel kuntatt fuq: info@kottonera.mt jew 25584300.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Attività ta’ Lejliet l-Ewwel tas-Sena fil-qalba tal-Kottonera
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Attività ta’ Lejliet l-Ewwel tas-Sena fil-qalba tal-Kottonera
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Attività ta’ Lejliet l-Ewwel tas-Sena fil-qalba tal-Kottonera
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow