Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara uffiċjali mill-Ispeaker Dr Anġlu Farrugia, fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika

PR242032
Date Icon 11/12/2024

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Anġlu Farrugia, akkumpanjat mis-Sa Eleanor Scerri, Skrivan tal-Kamra, u s-Sur Ancel Farrugia Migneco, Segretarju Privat, għamel żjara uffiċjali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO). Mal-wasla tiegħu ġie milqugħ mill-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, u d-Deputat Awditur Ġenerali, is-Sur Noel Camilleri, it-tnejn uffiċjali tal-Parlament.

Matul din iż-żjara, is-Sur Deguara ppreżenta lil Dr Farrugia r-“Rapport mill-Awditur Ġenerali dwar il-Kontijiet Pubbliċi għas-Sena 2023", rapport statutorju li se jiġi ppubblikat aktar tard illum waranofsinhar. Din il-pubblikazzjoni komprensiva tinkludi 32 eżerċizzju ta' verifika li twettqu mis-Sezzjoni Finanzjarja u ta' Konformità fi ħdan in-NAO. Kif inhi l-prassi, dan ir-rapport jinkludi wkoll analiżi dettaljata u informattiva dwar ir-Rapport Finanzjarju 2023 kif ukoll ħarsa estensiva lejn id-Dikjarazzjoni tal-Arretrati tad-Dħul għas-sena rispettiva, kif sottomessa lit-Teżor mill-ministeri, dipartimenti u entitajiet rispettivi.

Fid-diskors qasir tiegħu lill-impjegati tan-NAO, l-Ispeaker Dr Anġlu Farrugia faħħar ix-xogħol eċċellenti li jwettaq dan l-istaff, li għandu d-dmir kostituzzjonali li jipprovdi lill-Parlament assigurazzjoni li l-fondi pubbliċi qed jintużaw b'mod għaqli u skont ir-regoli u r-regolamenti fis-seħħ. Min-naħa tiegħu, l-Awditur Ġenerali Charles Deguara radd ħajr lil Dr Farrugia għall-appoġġ kontinwu tiegħu lill-Uffiċċju, xhieda ta' din iż-żjara uffiċjali tal-lum.

Fi tmiem iż-żjara, Dr Farrugia ltaqa' mal-ħaddiema tan-NAO preżenti għal din l-okkażjoni, fejn esprima l-apprezzament personali tiegħu għax-xogħol u l-impenn tagħhom.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara uffiċjali mill-Ispeaker Dr Anġlu Farrugia, fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara uffiċjali mill-Ispeaker Dr Anġlu Farrugia, fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara uffiċjali mill-Ispeaker Dr Anġlu Farrugia, fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara uffiċjali mill-Ispeaker Dr Anġlu Farrugia, fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow