Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Link fissa u diretta bil-helikopter bejn Għawdex u l-Isptar Mater Dei

PR242030
Date Icon 11/12/2024

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar il-link diretta bil-ħelikopter għat-trasferiment ta' pazjenti bejn Għawdex u l-Isptar Mater Dei.

Il-ministru qal li sa mill-bidu li beda jopera l-Isptar Mater Dei, il-helipad ma wettaqx l-iskop oriġinali tiegħu, minħabba sfidi varji li kienu jimpedixxu l-inżul tal-ħelikopters. Spjega li l-ministeru fehem l-importanza kritika ta' helipad funzjonali fi sptar ċentrali fejn kull minuta tgħodd biex jiġu salvati l-ħajjiet. Għalhekk, ir-riabilitazzjoni ta' dan is-sit ġiet trattata bħala prijorità u l-isfidi ġew megħluba.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal li permezz ta' ħidma mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, Transport Malta, u speċjalisti tal-avjazzjoni internazzjonali, il-ministeru ħejja l-helipad ta' Mater Dei, bl-ewwel titjira (test-flight) tinżel fil-helipad fil-5 ta' Diċembru 2024.

Huwa tkellem dwar kif ilbieraħ stess, l-10 ta' Diċembru, twettaq b'suċċess l-ewwel użu mediku permezz ta' din il-link, hekk kif pazjent Għawdxi ttajjar minn Għawdex għal Mater Dei fi stat t'emerġenza. It-trasferiment dam biss 15 il-minuta bil-pazjent ikun lest għall-intervent anġografiku fis-sala operatorja fid-Dipartiment tar-Radjoloġija.

“Dan hu żvilupp kruċjali fil-kura tal-pazjenti Għawdxin. Għalina saħħet l-pazjent ser tibqa prijorità assoluta. Għalhekk ser inkomplu nsaħħu dan is-servizz bil-fażi li jmiss ta' helipad fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex," temm jgħid il-ministru, filwaqt li rringrazzja lill-professjonisti tal-impenn tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Link fissa u diretta bil-helikopter bejn Għawdex u l-Isptar Mater Dei
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Link fissa u diretta bil-helikopter bejn Għawdex u l-Isptar Mater Dei
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Link fissa u diretta bil-helikopter bejn Għawdex u l-Isptar Mater Dei
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Link fissa u diretta bil-helikopter bejn Għawdex u l-Isptar Mater Dei
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow