Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Imwaqqaf il-Grupp ta’ Ħidma għar-Reviżjoni tal-Kodiċi Ċivili

PR242023
Date Icon 10/12/2024

Il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni stabbilixxa Grupp ta' Ħidma għar-Reviżjoni tal-Kodiċi Ċivili. Dan il-korp speċjalizzat se jkun inkarigat biex jirrevedi l-liġijiet fi ħdan il-kodiċi Ċivili (Kap 16) u l-Kodiċi tal-Organizzazzjoni u l-Proċedura Ċivili (Kap 12).

“Dan il-grupp ta' ħidma li ħtarna se jkollu r-rwol li jistudja u jagħmel numru ta' rakkomandazzjonijiet dwar diversi aspetti marbuta mal-liġi ċivili ta' pajjiżna. Dan il-grupp se jkun ippresedut mill-Imħallef Emeritu Tonio Mallia li ċertament se jkun qiegħed jagħti kontribut f'dak li għandhom x'jaqsmu riformi intiżi li jwasslu għal ġustizzja aktar effettiva u proċeduri dejjem aktar effiċjenti fil-Qrati tagħna," qal il-Ministru Jonathan Attard.

Din l-inizjattiva, li hija distinta mill-ħidma li qed issir fir-Riforma tal-Qorti tal-Familja, għandha l-għan li tiżgura li liġijiet varji fil-kamp Ċivili jirriflettu u jindirizzaw il-Ġurisprudenza u l-qagħda soċjo-ekonomika u teknoloġika ta' Malta tal-lum, filwaqt li jistabbilixxu kjarifika u konsistenza fil-liġijiet.

Dan hekk kif il-Kodiċi Ċivili u d-dispożizzjonijiet relatati mal-proċeduri ġew iddisinjati fi żmien b'kuntest soċjo-ekonomiku differenti ħafna minn dak tal-lum. Filwaqt li l-prinċipji fundamentali tagħhom għandhom l-għan li jkunu universali u li jdumu fit-tul, ċerti dispożizzjonijiet ma ġewx emendati sa mill-1870.

Dawn id-dispożizzjonijiet li qegħdin joħolqu sfidi meta jiġu applikati fiċ-ċirkostanzi tal-lum, jistgħu joħolqu nuqqas ta' ċarezza u inkonsistenzi fl-interpretazzjoni ġudizzjarja tagħhom.

Il-Grupp ta' Ħidma, b'diskussjonijiet ma' stakeholders varji se jkun qed iressaq rakkomandazzjonijiet ta' reviżjonijiet fil-kodiċi, immexxi mill-objettivi ewlenin li ġejjin:

  1. Analiżi:jidentifika s-saħħiet, id-dgħufijiet u l-opportunitajiet fil-Kodiċi u jipproponi rakkomandazzjonijiet mmirati li jżidu l-effiċjenza.
  2. Riflessjoni ta' pożizzjonijiet kurrenti ġudizzjarji: jindirizza inkonsistenzi bejn il-liġijiet u l-interpretazzjonijiet ġudizzjarji li qed jevolvu sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali.
  3. Kjarifika t'ambigwitajiet: jidentifika dispożizzjonijiet li mhumiex ċari jew konfliġġenti u jirrakkomanda emendi meħtieġa.
  4. Adattament għal tibdil soċjali: jimmodernizza dispożizzjonijiet biex dawn ikunu jirriflettu l-valuri, in-normi u r-realtajiet tal-ħajja ta' Malta tal-lum.
  5. Titjib fl-effiċjenza: jipproponi proċeduri simplifikati biex jitnaqqsu d-dewmien u n-nuqqas ta' effiċjenza fil-proċeduri legali.
  6. Innovazzjoni: jadatta l-kodiċi biex jindirizzaw sfidi emerġenti relatati mat-teknoloġija u żviluppi legali ġodda.

“Il-Ministeru huwa kommess li jappoġġja r-rwol ta' dan il-Grupp ta' Ħidma u jħares 'il quddiem lejn ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, li se jservu bħala pedament għal riformi leġislattivi sinifikanti," tenna l-Ministru Attard.

Kompożizzjoni

Il-Grupp ta' Ħidma huwa magħmul minn professjonisti legali distinti b'għarfien espert fil-liġi ċivili u proċedurali:

  • Chairperson:
    Imħallef Emeritu Tonio Mallia
  • Membri:

Dr Carlos Bugeja

Dr Kurt Xerri

Dr Ivan Meli

  • Segretarja:

Dr Carina Nagiah

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Imwaqqaf il-Grupp ta’ Ħidma għar-Reviżjoni tal-Kodiċi Ċivili
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow