Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbru d-dettalji dwar il-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji

PR242020
Date Icon 10/12/2024
  • 64 presepist se jipparteċipaw f'dan l-avveniment

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar li wara li ngħalqu l-applikazzjonijiet għall-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji, din is-sena b'kollox se jkun hemm 64 parteċipant.

Dawn il-parteċipanti se jkunu maqsuma f'kategoriji diversi: Presepju mekkaniku kbir; Presepju statiku kbir; Presepju ta' qies medju (mezzan); Presepju żgħir; Presepju Malti; Xogħol ta' pasturi li jinħadmu lokalment minn 1ċm-20ċm; Xogħol ta' pasturi li jinħadmu lokalment 20ċm 'l fuq u l-preparazzjoni u l-organizzazzjoni tal-postijiet fejn ħa jkunu esebiti dawn il-presepji.

Il-Ministru Bonnici spjega wkoll li din is-sena se terġa' tiġi ġġenerata QR code, fejn in-nies li jixtiequ jżuru xi wirja jkunu jistgħu jagħmlu scan tal-QR code permezz tal-mobile u titla' mappa ta' Malta li turik fejn jinsabu l-presepji li applikaw għall-kompetizzjoni. “B'dan il-mod se niffaċilitaw aċċess aktar faċli għall-postijiet fejn hemm dawn l-esebizzjonijiet u nemmnu li l-QR code se tippermetti lid-dilettanti kif ukoll lill-viżitaturi biex isibu u jesploraw dawn il-wirjiet b'mod iktar faċli," qal il-Ministru Bonnici.

“Ejja nħaddnu l-ispirtu tal-kreattività, tal-komunità u tat-tradizzjoni hekk kif naraw l-ideat u l-ħolm  jiżvolġu f'kull presepju preżentat, ejjew nippreservaw u nonoraw dan il-wirt kulturali intanġibbli li għandu post speċjali f'qalbna u fil-kultura tagħna il-Maltin," temm jgħid il-Ministru Bonnici waqt li rringrazzja lid-Direttorat tal-Kultura tal-ħidma kbira li twettaq f'dan il-kamp.

Huwa qal dan waqt li kien qed iżur wirja tal-presepji fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq.

Kull Presepju fil-kompetizzjoni jrid ikun miftuħ għall-pubbliku mit-Tnejn, 16 ta' Diċembru 2024 sal-Ħadd, 5 ta' Jannar 2025. Il-ħinijiet tal-wiri għandhom ikunu bejn il-17.30 p.m. u t-20.30 p.m. mit-Tnejn sal-Ħadd. Il-Ħdud u l-Festi jkunu miftuħa wkoll filgħodu bejn l-10.00 a.m. u nofsinhar. Kull applikant jista' jżomm il-post tal-wiri miftuħ f'ħinijiet itwal u jew ġranet aktar milli mitlub.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbru d-dettalji dwar il-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbru d-dettalji dwar il-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbru d-dettalji dwar il-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbru d-dettalji dwar il-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow