Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI: Impenn għal aktar ħidma kontra l-vjolenza domestika

pr242012
Date Icon 09/12/2024

Lejliet il-Jum Dinji tad-Drittijiet tal-Bniedem u lejliet it-tmiem tal-kampanja tas-sittax-il jum ta' attiviżmu kontra l-vjolenza domestika, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon, u Dr Lydia Abela lkoll tennew li għalkemm wasalna fit-tmiem uffiċjali ta' din il-kampanja li kellha t-tema “Nieqfu Flimkien, Flimkien Infiqu", il-gvern mhux ser inaqqas l-impenn u r-ritmu tal-ħidma biex tkun miġġielda din il-pjaga soċjali.

F'din il-konferenza għall-professjonisti li jaħdmu fis-settur, is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg qalet li d-determinazzjoni tal-gvern f'dan il-qasam hija riflessa fil-fatt li fl-ewwel sena tat-tielet strateġija nazzjonali kontra l-vjolenza domestika, diġà twettqu diversi miżuri u beda x-xogħol għall-implimentazzjoni ta' 60 miżura elenkati fil-pjan ta' azzjoni.

Hija qalet li tul din il-kampanja ta' attiviżmu saret enfasi fuq forom differenti ta' vjolenza domestika li tolqot faxex differenti tas-soċjetà għax għalkemm huwa minnu li l-maġġoranza tal-vittmi huma nisa, l-liġi tipprovdi għal protezzjoni lin-nisa, l-irġiel, lit-tfal u l-anzjani li jagħmel parti mill-familja. “Bħala gvern għandna l-obbligu legali u morali li nieqfu mal-vittmi billi nagħtuhom l-appoġġ u l-għajnuna biex indewwu l-weġgħat tagħhom u nipprovdu wkoll programm għar-riabilitazzjoni tal-aggressuri. Konvinta li l-ħidma kontra l-vjolenza domestika għandha l-appoġġ ta' firxa wiesgħa tas-soċjetà li trid relazzjonijiet mibnija fuq ir-rispett, id-dinjità u l-ugwaljanza," temmet tgħid is-segretarju parlamentari.

Il-Ministru Michael Falzon saħaq li: “Is-soċjetà hija xhieda t'impenn illi mxejna 'l quddiem u qed nirrikonoxxu l-vera weġgħat marbuta mal-vjolenza. Il-gvern ser ikompli jinvesti fit-tisħiħ tal-għodod kollha sabiex jingħata s-sapport kollu meħtieġ lill-vittmi ta' vjolenza domestika. Fl-aħħar snin il-ministeru soċjali kompla jżid u jsaħħaħ il-finanzjament tas-sħubija li għandu ma' NGOs li jgħinu lil dawn il-vittmi."

Min-naħa tagħha, Dr Lydia Abela saħqet li hekk kif wasalna fl-għeluq tas-16-il jum ta' attiviżmu, il-kampanja kontra l-vjolenza domestika u dik abbażi tal-ġeneru trid tkompli għaddejja matul is-sena kollha sabiex jibqa' jiżdied l-għarfien quddiem din ir-realtà u tkompli tissaħħaħ l-għajnuna lill-individwi li jesperjenzaw u jwettqu l-vjolenza.

Hija nnutat il-ħidma importanti li diġà twettqet u r-riformi kbar li ġew implimentati f'pajjiżna sabiex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza domestika. Hija sostniet li tħares 'il quddiem għal aktar azzjonijiet tanġibbli fosthom laqgħet il-fatt li llejla fil-Parlament se tibda tiġi diskussa l-liġi dwar l-electronic tagging, għodda importanti li tipproteġi l-vittmi.

“Ma rridux nieqfu hawn, flimkien irridu nibqgħu nkunu ta' tarka għal tant nies vulnerabbli. Trid tkun il-ħidma tagħna lkoll b'mod kollettiv li nindirizzaw il-weġgħat biex għada jkun aħjar. Għalhekk nawgura li dawn is-16-il jum ta' attiviżmu jkomplu jinbidlu f'aktar ħidma tanġibbli favur in-nies, għaliex kulħadd ħaqqu li jgħix għada aħjar mil-lum. Kulħadd ħaqqu r-rispett u l-imħabba. Għalhekk 'Nieqfu flimkien, Flimkien Infiqu'," temmet tgħid Dr Lydia Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI: Impenn għal aktar ħidma kontra l-vjolenza domestika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI: Impenn għal aktar ħidma kontra l-vjolenza domestika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI: Impenn għal aktar ħidma kontra l-vjolenza domestika
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow