Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL 1,676 uffiċjal jassiguraw sigurtà waqt il-Kunsill Ministerjali tal-OSCE f’Malta

PR242007
Date Icon 08/12/2024

1,676 Pulizija, Suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta, ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, uffiċjali tal-LESA u ħaddiema tas-Servizzi tad-Detenzjoni taw is-servizz tagħhom matul il-Kunsill Ministerjali tal-OSCE li sar din il-ġimgħa f’Malta, l-akbar konferenza Ministerjali li qatt saret f’pajjiżna. 

Il-ħidma tal-uffiċjali assigurat is-sigurtà waqt il-Kunsill Ministerjali mhux biss għaċ-ċittadini Maltin iżda anke għall-Ministri tal-Affarijiet Barranin ta’ 57 stat  parteċipanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE). Il-ħidma tagħhom kienet varja, bdiet fil-preparamenti qabel tlaqqa’ l-Kunsill Ministerjali u laħqet il-milja tagħha mal-wasla tad-delegazzjonijiet f’Malta. Bil-preżenza tal-uffiċjali kienet mhux biss fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fejn kienu qegħdin jirrisjedu d-delegazzjonijiet u fl-MFCC Ta’ Qali fejn tlaqqa’ l-Kunsill Ministerjali,  iżda anke fit-toroq tagħna, fil-control rooms kif ukoll fl-ibħra tagħna. 

Il-Forzi tal-Ordni flimkien mal-ħaddiema tal-LESA u tas-servizzi tad-detenzjoni wettqu dan ix-xogħol importanti li ġab ukoll kliem ta’ tifħir minn dawk li kienu f’pajjiżna. Użaw ir-riżorsi li l-investiment fihom ma jaqta’ xejn u ħadmu b’mod konġunt b’għan wieħed, li jwettqu ħidma professjonali favur Malta sigura. 

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri esprima r-ringrazzjament tiegħu u s-sens ta’ kburija bl-uffiċjali bl-uniformi Maltija, li flimkien mal-ħidma ma taqta’ xejn li jwettqu ta’ kuljum, wettqu wkoll din il-ħidma diffiċli iżda importanti bl-aħjar mod possibbli. “Bħala Gvern nwegħduhom li kif għamilna fl-aħħar xhur u snin ser jibqgħu jsibuna ta’ spalla magħhom iżda aktar minn hekk ser inkomplu ninvestu fihom.”

Il-Ministru Byron Camilleri kkonkluda li s-suċċess ta’ din il-konferenza Ministerjali, organizzata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, kien għalhekk ikkumplimentat bis-suċċess li bih wettqu dmirijiethom, l-uffiċjali ta’ pajjiżna. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL 1,676 uffiċjal jassiguraw sigurtà waqt il-Kunsill Ministerjali tal-OSCE f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL 1,676 uffiċjal jassiguraw sigurtà waqt il-Kunsill Ministerjali tal-OSCE f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL 1,676 uffiċjal jassiguraw sigurtà waqt il-Kunsill Ministerjali tal-OSCE f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL 1,676 uffiċjal jassiguraw sigurtà waqt il-Kunsill Ministerjali tal-OSCE f’Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow