Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Ftehim kollettiv ġdid għal 120 spiżjar li jaħdmu mas-Servizz Pubbliku

pr242004
Date Icon 07/12/2024

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea ppresedew għall-iffirmar tal-ftehim kollettiv ġdid bejn il-Gvern u l-UĦM – Voice of the Workers, għall-ispiżjara li jaħdmu mas-Servizz Pubbliku li se jkollu impatt pożittiv sinifikanti għal ’il fuq minn 120 impjegat f’din il-kategorija. 

Grazzi għal dan il-ftehim, dawn l-impjegati se jibbenefikaw minn titjib sostanzjali fil-pakketti tas-salarji tagħhom permezz ta’ diversi allowances imsaħħa li jirriflettu n-natura speċjalizzata tax-xogħol tagħhom. Minbarra t-titjib finanzjarju, il-ftehim jipprovdi wkoll opportunitajiet estiżi għall-iżvilupp professjonali, li jippermetti lill-impjegati fi ħdan il-gradi tal-ispiżerija jkomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom permezz ta’ firxa ta’ opportunitajiet għat-taħriġ.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega li dan il-ftehim mhux biss irawwem l-iżvilupp professjonali u t-tkabbir tal-karriera ta’ dawn l-impjegati, iżda wkoll isaħħaħ b’mod sinifikanti l-kapaċitajiet ġenerali u l-effiċjenza tas-settur tal-ispiżerija. Qal kif għal darb’oħra qed jaraw li jinvestu fil-ħiliet u l-għarfien tal-forza tax-xogħol tal-ispiżerija. 

“Il-ftehim għandu l-għan li jipprovdi kwalità ogħla ta’ kura u servizz lill-pazjenti tagħna, u jiżgura li dawn jibbenefikaw mill-kompetenza u d-dedikazzjoni ta’ tim tal-ispiżerija mħarreġ sew u b’ħiliet għolja. Dan il-ftehim settorjali huwa wieħed importanti li jagħraf l-impenn u l-ħidma ta’ dawn l-professjonisti li ta’ kuljum jagħmlu għall-ġid tal-pazjenti Maltin u Għawdxin”, temm jgħid il-Ministru Abela.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea qal li dan il-ftehim settorjali mhux biss ser itejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ispiżjara fis-Servizz Pubbliku, iżda wkoll isaħħaħ il-kwalità tal-kura mogħtija lill-pazjenti, inkluż dawk anzjani. Grazzi għal dan il-ftehim, il-ħaddiema se jkunu qed igawdu minn opportunitajiet ġodda għall-iżvilupp professjonali, li jgħinu biex tiżdied l-effiċjenza u l-kompetenza fis-servizzi offruti.

“Dan il-pass importanti se jgħin mhux biss lill-ħaddiema involuti iżda wkoll lil dawk kollha li jiddependu mis-servizzi tagħhom, speċjalment l-anzjani li għandhom bżonn mediċini jew assistenza medika regolari,” żied jgħid Agius Galea.

Iffirmaw  f’isem il-Gvern is-Segretarju Permanenti għas-Saħħa Joseph Chetcuti, is-Segretarju Permanenti għall-Anzjanità Attiva Christine Schembri, is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Dr Joyce Cassar, id-Direttur Ġenerali Dr Clarence Pace, id-Direttur Ġenerali - Industrial Relations Unit Thomas Wood, filwaqt li f’isem il-ħaddiema ffirmaw Josef Vella u Annalise Casha f’isem il-UĦM.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Ftehim kollettiv ġdid għal 120 spiżjar li jaħdmu mas-Servizz Pubbliku
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow