Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Imnedija kampanja ġdida: “Ninsab Tajjeb Biex Insuq? Asal Id-Dar!” – dwar l-importanza ta’ aktar sigurtà fit-toroq ta’ pajjiżna

pr242001
Date Icon 07/12/2024

Transport Malta nediet kampanja ġdida bl-isem “Inħossni Tajjeb Biex Insuq? Asal Id-Dar!”, bħala l-ewwel pass f’sensiela ta’ kampanji dwar is-sigurtà fit-toroq. Din il-kampanja, parti mill-inizjattiva “Flimkien nistgħu nkunu s-soluzzjoni!”, għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar sewqan responsabbli u tnaqqas l-inċidenti tat-traffiku kkawżati minn sewqan eċċessiv, traskurat, taħt l-influwenza tal-alkoħol jew sustanzi illeċiti.

Din hija l-ewwel minn sensiela ta’ kampanji edukattivi dwar is-sigurtà fit-toroq, li fiż-żmien li ġej se tinkludi wkoll it-tnedija tal-Malta Road Safety Code. Din l-inizjattiva se tiżviluppa matul is-sena b’numru ta’ attivitajiet u messaġġi mfassla skont il-prinċipji tas-SAFE System, billi tiffoka fuq aspetti bħall-utenti tat-toroq, il-vetturi, il-veloċità, l-istat tat-toroq, u l-kura wara inċidenti.

Waqt it-tnedija, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura, u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonnet enfasizza l-importanza tal-kampanja fejn saħaq li filwaqt li Malta diġà tinsab fost l-aktar pajjiżi siguri fl-Ewropa, kull ħajja mitlufa fit-triq hija traġedja u m’għandha tiġri qatt fl-ebda ċirkostanza. “Din il-kampanja tirrifletti l-impenn sħiħ tagħna biex intejbu s-sigurtà fit-toroq permezz ta’ edukazzjoni, infurzar, u aktar għarfien, qed naħdmu għal futur b’inqas inċidenti fatali.”

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta Kurt Farrugia żied jgħid, “Is-sigurtà fit-toroq hija responsabbiltà kondiviża. Il-kampanja tagħna se tiffoka fuq l-edukazzjoni lill-pubbliku, il-promozzjoni ta’ teknoloġiji moderni tas-sigurtà, u l-infurzar tal-miżuri neċessarji sabiex nipproteġu lil kull min juża it-toroq tagħna, kemm sewwieqa ta’ vetturi, ċiklisti u individwi li jivjaġġaw bil-mixi. Flimkien, nistgħu noħolqu ambjent ta’ sewqan aktar responsabbli u rispett reċiproku fit-toroq tagħna.”

Il-Perit Audrey Demicoli, Direttur tal-Istrateġija għal Trasport Integrat, iddeskriviet din il-kampanja bħala eżempju tal-ħidma koordinata bejn Transport Malta u l-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq. Saħqet li, “Dan huwa riżultat ta’ diskussjonijiet u kollaborazzjoni kontinwa, fejn qed naħdmu id f’id biex intejbu s-sigurtà fit-toroq tagħna. L-impenn tagħna jibqa’ dak li niżguraw li kull miżura tittieħed b’konsultazzjoni u b’għarfien xjentifiku.”

Statistika maħruġa mill-European Road Safety Observatory matul din is-sena turi li Malta hija fost l-aqwa tliet pajjiżi tal-UE bl-inqas rata ta’ mwiet fit-toroq għal kull miljun resident. Pajjiżna naqqas il-fatalitajiet b’44% fl-2024 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, b’rata ta’ 30 fatalità għal kull miljun resident – ferm taħt il-medja tal-UE ta’ 46. Dan ir-riżultat juri l-impenn kontinwu ta’ Transport Malta li ttejjeb is-sigurtà tat-toroq minkejja żieda fil-kolliżjonijiet, xejra li qed tidher f’pajjiżi oħra Ewropej.

Il-kampanja tinkludi temi ewlenin, fosthom:

- Kodiċi tat-Toroq ta’ Malta: Għarfien dwar aġġornamenti.

- Veloċitajiet u Vetturi Siguri: Rispett lejn il-limiti tal-veloċità.

- Protezzjoni tal-Utenti Vulnerabbli tat-Toroq: Ħarsien ta’ ċiklisti, pedoni, u sewwieqa tal-muturi.

- Kuxjenza dwar l-użu tal-helmet u inċentivi għas-sigurtà taċ-ċiklisti.

- Sigurtà għat-Tfal u l-Anzjani: Ħarsien speċifiku għal dawn il-gruppi vulnerabbli.

Din il-kampanja saret b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Sedqa u l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Imnedija kampanja ġdida: “Ninsab Tajjeb Biex Insuq? Asal Id-Dar!” – dwar l-importanza ta’ aktar sigurtà fit-toroq ta’ pajjiżna
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow