Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Għaddej il-proċess ta’ studji ġeotekniċi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

PR241995
Date Icon 06/12/2024

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela żar ix-xogħol li għaddej bħalissa b'rabta mal-istudji ġeotekniċi għall-proġett tal-bini ta' sptar ġdid f'Għawdex.

Il-Ministru Abela spjega kif il-proġett ta' żvilupp mill-ġdid tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex laħaq tragward importanti bil-bidu tal-istudji ġeotekniċi fuq is-sit. Qal kif dawn l-istudji huma komponent kritiku tal-proċess ta' ppjanar ewlieni, li jipprovdu informazzjoni teknika essenzjali biex tiggwida l-fażijiet tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-proġett.

Abela qal kif bħala parti mill-proġett ambizzjuż ta' żvilupp, l-isptar il-ġdid se jkollu bini modern għall-kura akuta, faċilità ddedikata għar-riabilitazzjoni, u parkeġġ akbar. Tenna li l-approċċ gradwali għall-kostruzzjoni se jiżgura l-kontinwità tas-servizzi mediċi essenzjali matul l-iżvilupp mill-ġdid.

“Din hi wegħda oħra tal-Gvern li qed naraw il-fażi inizjali tagħha f'dawn il-ġranet. Dan il-proġett għandu l-għan li jpoġġi l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex bħala hub għall-kura tas-saħħa li jilħaq il-ħtiġijiet tal-komunità u tal-viżitaturi bl-istess mod," temm jgħid il-Ministru Abela.

Min-naħa tiegħu l-Inġinier James Grima spjega kif permezz ta' dawn l-investigazzjonijiet ġeotekniċi, se jkunu qed jiġu vvalutati l-proprjetajiet fiżiċi u mekkaniċi tal-ħamrija u l-blat. Dan filwaqt li l-istess stħarriġ joffri għarfien dwar l-istabbiltà tal-art, il-kapaċità li ġġorr it-tagħbija, u l-kunsiderazzjonijiet ambjentali potenzjali. Din l-informazzjoni se tinforma d-disinn strutturali tal-faċilitajiet il-ġodda, u tiżgura s-sigurtà, id-durabilità, u l-effiċjenza tal-bini tal-isptarijiet ippjanat.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Għaddej il-proċess ta’ studji ġeotekniċi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Għaddej il-proċess ta’ studji ġeotekniċi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Għaddej il-proċess ta’ studji ġeotekniċi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow