Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Il-Gvern jipprovdi l-informazzjoni b’mod trasparenti dwar in-negozjati mal-MUT dwar il-ftehim tal-MCAST

pr241992
Date Icon 06/12/2024

Is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u responsabbli mill-Industrial Relations Unit, Dr Joyce Cassar, u s-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Matthew Vella, taw l-aħħar dettalji dwar in-negozjati li għaddejjin bejn l-Amministrazzjoni Pubblika u l-MUT dwar il-ftehim tal-MCAST.

Il-Gvern qiegħed iżomm l-interess tal-istudenti u tal-istess edukaturi qabel kollox u l-MCAST għandha kull dritt u obbligu li tnaqqas kwalunkwe impatt negattiv fuq l-istudenti, filwaqt li tiżgura li l-ħajja akkademika tagħhom tkun stabbli. Il-Gvern ma jista' qatt jaċċetta li jiftiehem fuq talbiet mhux sostenibbli li jistgħu jżidu d-diffikultajiet fuq l-istudenti u l-familjari tagħhom.

L-Amministrazzjoni Pubblika tħoss li hawn informazzjoni mhux kompluta u tajjeb li l-letturi u l-impjegati kollha tal-MCAST, l-istudenti u l-familjari, kif ukoll il-pubbliku inġenerali jkollhom l-informazzjoni relevanti, kif ukoll b'ħafna minn dak li qed jiġi propost u diskuss.

Il-Gvern ma jistax jaċċetta l-prinċipju li letturi jitħallsu talli studenti tagħhom ma jgħaddux mill-eżamijiet u għalhekk ma jistax jaċċetta l-ħlas propost ta' €400 għal preparazzjoni ta' karti ta' eżamijiet għall-istudenti li ma jgħaddux. Din ma kinitx l-unika proposta dwar talbiet mhux sostenibbli.

Il-Gvern lanqas ma jista' jaċċetta li jkun hemm impjegati li xogħolhom hu mal-istudenti imma li jaħdmu jumejn fil-ġimgħa mid-dar. U agħar minn hekk li dawn l-istess ġranet jiġu akkumulati u utilizzati f'perjodi oħra matul is-sena.

Tant kemm żamm quddiem għajnejh il-ħtiġijiet tal-istudenti u tal-edukaturi tal-MCAST illi l-Gvern baqa' jinnegozja mal-MUT anke wara li din ħarġet bl-azzjonijiet industrijali, xi ħaġa li normalment ma ssirx.

Tul il-proċess kollu ta' dawn id-diskussjonijiet saru 70 laqgħa. Għat-tmien ġimgħat li għaddew, sar progress sinifikanti fin-negozjati. Kien hemm qbil dwar numru ta' punti iżda d-direttivi li qed jolqtu ħażin lill-istudenti, il-familjari tagħhom u anke lill-industrija li ma tistax timpjega dawn l-istudenti, baqgħu ma ġewx irtirati. Anke jekk l-Amministrazzjoni b'mod konsistenti talbet għal sospensjoni ta' tali direttivi.

Il-Gvern jibqa' miftuħ għal aktar diskussjonijiet u ftehim, ladarba jiġu rtirati d-direttivi attwali. Dan il-pass huwa essenzjali biex jiġu ttrattati l-ħtiġijiet tal-istudenti, jiġu rrispettati l-ħaddiema kollha tal-Gvern, u jitħares il-prinċipju ta' ġustizzja industrijali.

Għal dan il-press briefing li għalih attenda wkoll il-Prinċipal tal-MCAST, is-Sur Stephen Vella, qal li huwa impenjat li joffri ambjent edukattiv ta' kwalità għall-istudenti filwaqt li jippromwovi l-benesseri tal-ħaddiema tiegħu b'mod sostenibbli u bilanċjat.ff

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow