Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI 24 perit ġdid wara li ngħataw il-warrant

PR241976
Date Icon 04/12/2024

“B'xogħolkom u bil-kreattività tagħkom, ser tkunu l-periti tal-kwalità tal-ħajja."

Dan kien il-messaġġ ewlieni tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-warrant lil 24 perit ġdid li issa ser jibdew il-ħidma uffiċjali tagħhom f'din il-professjoni.

Fil-Mużew tal-Arkeoloġija, is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia fisser kif l-irwol ta' Perit mhux sempliċiment professjoni, iżda “vokazzjoni li trid tara lil Malta tal-lum isbaħ minn ta' għada u Malta ta' għada isbaħ minn dik tal-lum."

Farrugia kkonkluda billi appella lill-periti l-ġodda sabiex ikunu ambizzjużi, innovattivi u fuq kollox ta' ispirazzjoni b'ħidmithom.

Iċ-Chairperson tal-Bord tal-Warrant tal-Periti, l-Avukat Frank Psaila, stqarr li “t-tragward biex tieħu l-warrant ta' Perit huwa ogħli u hekk għandu jkun. Jekk Perit jagħmel struttura difettuża l-konsegwenzi jafu jkunu traġiċi. Issa bħala periti ġodda fittxu li toħolqu strutturi siguri, sbieħ u li jtejbu l-kwalità tan-nies u tal-pajjiż."

Il-warrants bdew permezz tal-Architects Ordinance tal-1919. Sena wara, fl-1920, ġiet imwaqqfa l-Kamra tal-Periti u l-ewwel warrants ħarġu mill-istess liġi.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI 24 perit ġdid wara li ngħataw il-warrant
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI 24 perit ġdid wara li ngħataw il-warrant
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow