STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Wesbsite b’rendikont tal-investiment fil-green bonds
- Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma b'miżura oħra innovattiva, favur it-trasparenza u l-governanza
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma nediet għodda innovattiva ġdida sabiex il-pubbliku u azzjonisti jkunu jistgħu jsegwu l-progress ta' proġetti iffinanzjati mill-ewwel Green Bonds ta' Malta.
Permezz ta' din il-pjattaforma diġitali, kulħadd se jkollu aċċess għall-aġġornamenti dettaljati fuq proġetti ffinanzjati mill-Green Bonds.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma (WSC) Karl Cilia waqt żjara fuq wieħed mill-proġetti ffinanzjati mill-green bonds.
“Din il-pjattaform timmarka bidla fil-mod ta' kif nirrappurtaw l-affarijiet. Din l-għodda diġitali se tippermetti lil kulħadd isegwi l-progress ta' inizjattivi differenti li huma ffinanzjati mill-Green Bonds. Nemmen li hija wkoll pass favur it-trasparenza u l-governanza tajba f'dak li qed nagħmlu għal futur sostenibbli," qalet il-Ministru Miriam Dalli.
Il-ġurnalisti ġew mistiedna jżuru x-xogħol li għaddej fuq is-saqaf tal-ġibjun li jinsab f'Ħal Luqa, fejn qed jiġu installati aktar minn elf u tlett mitt pannella tax-xemx. B'investiment kapitali li joqrob in-nofs miljun ewro, dawn il-pannelli se jiġġeneraw madwar 1.1 miljun kWh fis-sena, ekwivalenti għall-enerġija mitluba minn 250 dar.
“Il-Korporazzjoni temmen bis-sħiħ f'operat sostenibbli. Spazji bħalma huma l-ġibjuni joffru opportunitajiet biex niżviluppaw proġetti t'enerġija rinnovabbli li jikkontribwixxu għal operat aktar sostenibbli. Fl-istess waqt, irridu nkomplu nsaħħu l-governanza tal-operat tagħna u għalhekk, dan is-sit elettroniku huwa għodda importanti sabiex in-nies jifhmu u jaraw kif il-flus li investew qed jiġu użati," tenna Karl Cilia.
Il-Green Bonds jiffinanzjaw proġetti ambjentali kruċjali, inkluż dawk ta' enerġija rinnovabbli u t-trattament tal-ilma. Il-pjattaforma diġitali hija aċċessibbli hawnhekk: ClearFlowPlus.com/bi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN