Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

pr241970
Date Icon 04/12/2024

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jirreferi għar-rapporti fil-mezzi tax-xandir ilbieraħ u wkoll fil-ġurnali dalgħodu dwar proċeduri ta' tfittxija għall-bombi fl-iskejjel.

Il-Ministeru jibda billi jirringrazzja lill-professjonisti u l-edukaturi kollha tal-ħidma mwettqa fil-mument tal-prova. Fl-episodju tal-aħħar jiem il-Ministeru kien proattiv u kkomunika mal-entitajiet responsabbli li għandhom l-għodda u t-taħriġ neċessarju għar-rispons ta' din is-sitwazzjoni. Żgur li mhix l-intenzjoni tal-Ministeru li jgħabbi individwi b'responsabbiltajiet li għalihom mhux kwalifikati jew imħarrġa u għalhekk jipperikola l-benesseri tagħhom b'xi mod.

B'referenza għal dak li qed jiġi rrappurtat, il-Ministeru jippreċiża li d-dokument ikkwotat kien ġie żviluppat lura fl-2010 taħt amministrazzjoni preċedenti. Il-Ministeru jiċċara wkoll li ma ħareġ l-ebda ċirkolari fuq is-suġġett f'dawn l-aħħar jiem u jispeċifika li fl-aħħar 10 snin fl-ebda ħin jew mument ma ċċirkola dan id-dokument jew qatt ma rċieva lmenti dwar il-kontenut tiegħu.

Il-Ministeru se jkompli l-ħidma sabiex protokolli u politika varji jkomplu jiġu aġġornati biex jirriflettu r-realtajiet preżenti, hekk kif fl-aħħar snin il-Ministeru għamel numru ta' eżerċizzji li permezz tagħhom dejjem ikkonsulta ma' diversi entitajiet, sabiex jassigura l-benesseri ta' kull individwu fis-settur edukattiv.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow