Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jiġi ppreżentat lill-President ta’ Malta d-Dokument ta’ Konsultazzjoni Pubblika dwar l-Istrateġija Nazzjonali għar-Riforma fis-Sistema għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet:

pr241966
Date Icon 03/12/2024

Fil-Palazz tal-President f'Sant'Anton, il-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi ppreżenta d-Dokument tal-Konsultazzjoni Pubblika dwar l-Istrateġija Nazzjonali għar-Riforma fis-Sistema għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet: 2025-2035, lill-President ta' Malta Myriam Spiteri Debono.

Matul din il-laqgħa l-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi spjega l-iskop ta' din ir-riforma, jiġifieri li sas-sena 2035 il-pajjiż kollu jsir żona ta' reġistrazzjoni fejn ikun hemm trasferiment ta' proprjetà.

Fil-fatt, tul din il-laqgħa ġie spjegat l-importanza ta' din ir-riforma li qed timmira li l-pajjiż ikollu sistema ta' reġistrazzjoni tal-art aġġornata li tindirizza l-bżonnijiet meħtieġa sabiex ikun assigurat li jingħata l-aqwa servizz lill-klijenti u professjonisti involuti fil-proċess ta' reġistrazzjoni tal-propjetà.

Waqt id-diskussjoni, il-ministru spjega kif dan huwa biss l-ewwel pass u mezz ta' kif jitkabbar l-għarfien dwar ħtieġa u l-benefiċċju ta' Reġistru tal-Artijiet aktar trasparenti u aġġornat. L-għan ta' dan il-proċess ta' konsultazzjoni huwa sabiex jinkiseb l-akbar kunsens possibbli sabiex ikun assigurat użu u wkoll is-suċċess tas-sistema.

Min-naħa tagħha, il-President ta' Malta, anke minħabba l-esperjenza tagħha meta kienet teżerċita l-professjoni ta' nutar, għamlet diversi osservazzjonijiet u indikat l-importanza biex din ir-riforma, li ilha ġejja mill-bidu tas-snin 80 tas-seklu l-ieħor, tkun suċċess b'risq is-soċjetà Maltija.

Jakkumpanjaw lill-ministru kien hemm is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru Carlos Tabone u l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet Michelle Piccinino, flimkien mal-uffiċjali tal-ministeru.

Il-President kienet akkumpanjata mis-Segretarju tal-Presidenza Moira Attard, il-Kap tas-Segretarjat Reuben Sciberras, is-Segretarju Privat Christian Vella Masini, u l-Maġġur Richard Vassallo.

Il-konsultazzjoni pubblika ser tibqa miftuħa sat-28 ta' Frar 2025. Il-ministeru jinkoraġġixxi lil dawk direttament interessati u lill-pubbliku biex jesprimu formalment il-ħsibijiet tagħhom dwar din l-istrateġija. Id-dokument li jista' jitniżżel mis-sit elettroniku https://www.gov.mt/en/publicconsultation/Pages/2024/NL-0036-2024.aspx huwa wieħed li jagħti dettalji dwar il-kuntest li fih tfassal dan id-dokument u r-rakkomandazzjonijiet li qed isiru favur din ir-riforma.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jiġi ppreżentat lill-President ta’ Malta d-Dokument ta’ Konsultazzjoni Pubblika dwar l-Istrateġija Nazzjonali għar-Riforma fis-Sistema għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet:
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jiġi ppreżentat lill-President ta’ Malta d-Dokument ta’ Konsultazzjoni Pubblika dwar l-Istrateġija Nazzjonali għar-Riforma fis-Sistema għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet:
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow