STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Mons. Joe Vella Gauci jippreżenta l-ktieb “Lil Din L-Art Ħelwa L-Omm Li Tatna Isimha” lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
L-awtur Mons. Joe Vella Gauci ppreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, il-ktieb“Lil Din L-Art Ħelwa L-Omm Li Tatna Isimha", li jittratta ċ-ċelebrazzjoni tal-50 anniversarju minn meta Malta saret Repubblika.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia faħħar ix-xogħol ta' Mons. Vella Gauci, li ddokumenta l-impenn kontinwu tal-poplu Malti u l-mexxejja ta' pajjiżna. L-Ispeaker fakkar il-mixja ta' pajjiżna, bil-bidu bl-akkwist tal-Indipendenza fl-1964, il-proklamazzjoni ta' Malta bħala Repubblika fit-13 ta' Diċembru 1974, u l-kisba tal-ħelsien mill-barrani fl-1979; 40 sena minn meta Malta saret kostituzzjonalment newtrali.
L-Ispeaker kompla billi qal li din il-pubblikazzjoni tipprovdi perspettiva unika fuq mumenti kruċjali u tenfasizza l-valuri li wasslu biex il-Maltin jibnu l-identità nazzjonali tagħhom.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia kompla billi qal li jirrikonoxxi l-importanza ta' xogħlijiet bħal dawn, li mhux biss jikkonservaw il-memorja storika ta' Malta iżda wkoll jispiraw ġenerazzjonijiet futuri biex ikomplu jiġġieldu għal sovranità u ġustizzja.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN