STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inawgurat proġett tal-Gozo SPCA ffinanzjat mill-Voluntary Organisations Project Scheme
Ġie inawgurat proġett tal-Gozo SPCA ffinanzjat mill-iskema Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS) tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS), li jikkonsisti fil-provvista ta' żewġ vannijiet ġodda għall-SPCA f'Għawdex.
Għall-inawgurazzjoni ta' dawn il-vannijiet kienu preżenti l-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia u l-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandolo.
Dawn il-vannijiet għandhom l-għan li jintużaw bħala l-vetturi prinċipali tal-għaqda mill-voluntiera għal diversi raġunijiet. Prinċipalment dawn ser iwasslu annimali lejn u minn appuntamenti mal-veterinarji, sabiex jinġabru oġġetti mogħtija b'donazzjoni lill-għaqda, sabiex l-għaqda titma qtates stray parti mis-servizzi li toffri u anke għas-salvataġġ ta' annimali mitlufa jew abbandunati.
Waqt iż-żjara, il-Ministru Julia Farrugia fissret kif il-gvern ser ikompli jkun ta' spalla għall-għaqdiet volontarji tul is-sena li ġejja.“Il-proġetti u l-impenn tal-Gozo SPCA huma ta' min ifaħħarhom. Il-kontribuzzjoni tagħhom għall-komunità tagħna u l-annimali hija imprezzabbli, u huwa għalhekk li ħadna inizjattivi konkreti biex bħala gvern ngħinuhom jaħdmu b'iktar riżorsi u effettività, lilhom u lill-kumplament tal-għaqdiet volontarji f'pajjiżna."
“Lil hinn mill-investiment finanzjarju, għas-sena 2025 qed naħdmu favur il-ħolqien tal-ewwel Bank Volontarju f'pajjiżna. Din hija inizjattiva oħra li tirrifletti kemm bħala gvern nemmnu fl-importanza tal-volontarjat, filwaqt li se tgħin għaqdiet volontarji jsibu aktar voluntiera. Inħares 'il quddiem biex nara l-implimentazzjoni tal-miżuri li ħarġu mill-Budget 2025 biex naċċertaw li l-għaqdiet volontarji jibqgħu parti essenzjali mit-tessut soċjali Malti," temmet tgħid il-ministru.
Mark Thorogood, maniġer taċ-ċentru Gozo SPCA, qal li, “Il-missjoni tagħna hi li ngħinu lill-qtates u l-klieb ta' Għawdex abbandunati, kemm jekk huma stray jew huma annimali li sidhom ma jistax jibqa' jżommhom. Aħna nsalvaw u nagħmlu rehome lil madwar 250 annimal kull sena. Ta' min isemmi wkoll li l-vannijiet, li jgħinuna kemm fis-salvataġġ tal-annimali kif ukoll fil-ġbir ta' fondi, se jintużaw ukoll mill-fergħa Għawdxija tan-Nature Trust. Gozo SPCA hija grata ħafna lill-MCVS għall-appoġġ ġeneruż tagħhom li jippermettilna nkomplu ngħinu lill-annimali ta' Għawdex."
F'kumment waqt iż-żjara, Mauro Pace Parascandalo rringrazzja lill-għaqda u partikolarment lill-voluntiera tax-xogħol kollu li jagħmlu. “Il-kunsill dejjem jibqa' hemm sabiex jagħti s-sapport, kemm bħala fondi bid-diversi skemi u anki bħala taħriġ u għajnuna oħra bis-servizzi dejjem jiżdiedu tal-kunsill."
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN